STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI, KULTURA, ZGHAZAGH U SPORT (MEDC) B’REAZZJONI GHAL DAK LI QAL IL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI DALGHODU
Zbalji mill-Kap tal-Oppozizzjoni dwar l-edukazzjoni. Ma vverifikax il-fatti u rega zbalja
Fatt Numru 1
Fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport ħareġ Stqarrija Nru 1982 li għadha tidher fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Informazzjoni dwar ir-riżultati tat-TIMMS. Barra minn hekk dawn ir-riżultati kienu pubblikati wkoll fis-Science Magazine tad-Direttorat tal-Edukazzjoni u x-xahar id-dieħel se ssir Konferenza Nazzjonali dwar it-tagħlim tax-Xjenza. Ghalhekk mhux minnu dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni li r-rizultati ta’ dan l-istudju ma kienux pubblici. Il-Kap tal-Oppozizzjoni ma vverfikax il-fatti, li huma accessibbli ghal kulhadd.
Fatt Numru 2
Mhux veru li ma hemmx servizz ta’ Learning Support Assistants fil-Kindergarten. Fil-fatt il-lum hemm 98 Learning Support Assistants ma’ tfal fl-eta’ bejn sena u tliet snin u 129 Learning Support Assistants oħra ma’ tfal ta’ 4 snin. Dak li qal il-Kap tal-Oppozizzjoni dal-ghodu dwar l-LSA mhux minnu, u jidher li xi hadd tah informazzjoni hazina li rrepetiha minghajr ma vverfika l-fatti.
Fatt Numru 3
| F’Novembru li ghadda tnieda d-Dokument ta’ | Konsultazzjoni dwar il-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja “biex it-tfal kollha jmorru ahjar”. Din il-konsultazzjoni tolqot ukoll l-ezami tal-Junior Lyceum. Il-konsultazzjoni pubblika dwaru, fuq talba tal-ghalliema u l-genituri kienet estiża sal-15 ta’ Frar. |
| F’din il-konsultazzjoni kien hemm ħafna | suġġerimenti dwar l-eżami tal-Junior Lyceum li qed ikunu kunsidrati. L-evalwazzjoni tal-konsultazzjoni se tingħalaq fi ftit jiem oħra u jittieħdu d-deċiżjonijiet mehtiega. L-applikazzjonijiet joħorġu wara li jittieħdu d-deċiżjonijiet, wara li l-Gvern ikun sema lill-ghalliema u lill-genituri fi process wiesgha u miftuha ta’ konsultazzjoni. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984