Għaddej l-istudju fuq il-passaġġi li nstabu taħt Misraħ San ġorġ
PR0339
27/02/2009
| Il-Ministeru għar-Riżorsi | u Affarijiet Rurali hu impenjat li jwettaq l-istudji kollha meħtieġa sabiex tkun evalwata bir-reqqa l-importanza tas-sejba ta’ passaġġi taħt Misraħ San Ġorġ. |
| Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi | u Affarijiet Rurali George Pullicino meta żar ix-xogħol li għaddej fuq dawn il-passaġġi. Is-sejba ta’ dawn il-passaġġi saret minn ħaddiema bħala parti mill-istudji marbuta mal-proġett għat-tisbiħ u l-pedestrianisation ta’ Misraħ San Ġorġ u l-bini ta’ parkeġġ ta’ sular wieħed taħt l-art. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar kif | il-Gvern kien iddikjara pubblikament li ried ikun ċert li jkun evalwat sew x’hemm eżatt taħt din il-pjazza tant importanti qabel ma jinbeda xi xogħol ta’ skavar. Dan kellu jsir ukoll għax fl-arkivji u l-pjanti kollha li jeżistu dwar dan is-sit ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ x’seta’ kien hemm taħt din il-pjazza. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi | u Affarijiet Rurali qal li l-istudji sabiex ikun magħruf x’hemm taħt is-sit kienu jikkonsistu f’diversi fażijiet fosthom dak li jissejjaħ non-invasive testing li kien jikkonsisti f’radar scanning f’diversi siti tal-Misraħ. L-istudju li sar kien jikkonsisti wkoll f’dak li magħruf bħala slightly invasive testing li kien jikkonsisti f’ħames toqob żgħar (coring) b’diametru ta’ 4 pulzieri l-waħda. Sar ukoll dak li jissejjaħ invasive testing li kienu tħaffir ta` trinek ta’ bejn wieħed u ieħor ħames metri tul bi tliet metri wiesa’ u fondi madwar zewġ metri. It-tħaffir li għaddej bħalissa wkoll jifforma parti mill-invasive testing. L-istudji kollha saru, u qed isiru, taħt superviżjoni kontinwa tal-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u s-Supretendenza tal-Wirt Kulturali. |
| Il-Ministru Pullicino tenna l-impenn tal-Gvern | li jiġi evalwat u investigat kull sors ta’ informazzjoni dwar is-sit. Bħala parti minn dan il-proċess nhar is-Sibt li għadda saret laqgħa wkoll mal-NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), li matulha inġibdet l-attenzjoni li passaġġ ta’ madwar 50 pied tul li hemm taħt il-Misraħ minn Triq l-Arċisqof seta’ jwassal saċ-ċentru tal-Misraħ. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi | u Affarijiet Rurali qal li mill-ewwel kien deċiż li jitwaqqa’ l-imblokk li kien hemm fit-tarf ta’ dan il-passaġġ u jsiru l-istudji meħtieġa li wasslu biex nhar it-Tlieta nstabu l-passaġġi li issa qed ikunu investigati f’aktar dettall. |
| Il-Ministru George Pullicino qal li l-Gvern se | jara li dawn l-istudji jsiru bir-reqqa u jekk jinstab li din hi skoperta ta’ valur storiku kbir, il-Gvern jabbanduna l-proġett tal-parkeġġ taħt l-art u jsir biss it-tisbiħ tal-pjazza li hu maħsub li jsir biex ikompli jsebbaħ l-ambjent tal-Belt u jikkumplimenta l-faċċata tal-Palazz. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984