DISKORS TAL-ONOR JOE CASSAR, SEGRETARJU PARLAMENTARI TAS-SAĦĦA, FIL-FTUĦ TAS-SEMINAR “PSIKOLOĠIJA U KOMUNJONI” FL-10 ANNIVERSARJU TAL-GĦOTI TAL-LAWRJA HONORIS CAUSA LIL CHIARA LUBICH – FLORIANA – 26.02.2009
PR0330
27/02/2009
| Huwa | ta’ unur kbir għalija niftaħ dan is-Seminar li jġib l-isem ta’ “Psikoloġija u Komunjoni”, li huwa parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru biex ifakkru l-10 anniversarju tal-miġja ta’ Chiara Lubich f’Malta, biex tirċievi l-Lawrja Honoris Causa fil-qasam tal-Psikoloġija mill-Universita’ tagħna. |
| Dawk | fostkom li kienu hawn fl-ewwel parti ta’ din is-serata, smajtu li Chiara Lubich hija fost il-personalitajiet l-iktar sinifikattivi fl-iżvilupp tal-ispiritwalità nisranija. Iżda l-ħsibijiet u l-esperjenza tagħha m’għandomx x’jaqsmu biss ma’ dak li hu spiritwali, għax huma jwasslu l-Vanġelu f’kull qasam tal-ħajja tal-bniedem. |
| Fis-snin disgħin Chiara Lubich ġiet mogħtija | bosta premjijiet u rikonoxximenti minn Universitajiet u Istituzzjonijiet kbar dinjija, u hekk deher b’mod dejjem iżjed qawwi u ċar li kienet qed toħroġ kultura ġdida mill-ispiritwalità tal-unità tagħha. |
| Fis-26 ta’ Frar ta’ 10 snin ilu l-Universita’ | ta’ Malta tatha dottorat Honoris Causa fil-Letteratura u Psikoloġija, għall-kontribut siewi li hija tat fil-qasam tal-persuna umana, talli għarfet issarraf il-messaġġ nisrani fi prassi u metodu ta’ riċerka. Għarfet li Chiara Lubich stabbiliet mudell ta’ ħajja spiritwali, li hu karatterizzat minn rispett kbir lejn l-umanità tal-persuna, minn reċiproċità sħiħa fir-rabtiet interpersonali, u huwa mudell li jagħti valur pożittiv lit-tbatija. B’hekk l-Università tagħna mhux biss tat dottorat fil-Psikoloġija, iżda tat ukoll rikonoxximent lill-ħidma kollha ta’ Chiara Lubich. |
| Fl-ewwel lezzjoni li hija tat wara li rċeviet | id-dottorat, Chiara Lubich uriet kif l-ispiritwalità tal-unità hija tweġiba għall-mistoqsijiet tas-soċjetà ta’ llum, anki dawk ta’ aspett psikoloġiku. Offriet paradigma li twassal ideat ġodda fil-qasam tal-istudju tal-ħsieb u tal-imġieba tal-bniedem, u wriet psikoloġija fejn il-persuna ssib il-milja tagħha biss fir-rabta ta’ mħabba mal-persuna l-oħra. |
| Ilkoll nafu li llum il-psikoloġija tisħaq li | r-relazzjoni mal-persuna l-oħra tibni u tagħti sens lill-identita’ persunali ta’ kull individwu, u li l-esperjenza inter-suġġettiva hija parti essenzjali u kostitutiva tal-bniedem. |
| Iżda | meta wieħed iqis sew it-tweġiba li toħroġ mit-tagħlim ta’ Chiara Lubich isib li hi tiftaħ orizzont ġdid. Tpoġġi fid-dawl il-fatt li teżiżti forma iktar evoluta tal-ħajja relazzjonali: il-komunjoni, fejn il-fatt li wieħed jafferma ruħu bħala individwu, u li jgħix l-appartenenza fi grupp, m’humiex zewġ aspetti f’kuntrast jew oppożizzjoni bejniethom, iżda jintegraw ruħhom flimkien b’mod sħiħ. |
| Jiena nawgura lilna lkoll li bl-okkażjoni ta’ | llum nagħrfu din it-triq ġdida li qabdet il-kummissjoni internazzjonali “Psikoloġija u Komunjoni”, għall-ġid tas-soċjetà Maltija, u għall-ġid ta’ kull bniedem. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984