Left arrow Go Back

15-IL REBBIEĦ FL-EDIZZJONI 2008 TAL-ISKEMA STAR MTELLA’ MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA DWAR IT-TURIŻMU

PR0327
Date Icon 26/02/2009
Fis-26 ta’ Frar,fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet STAR li saret fil-lukanda Grand Hotel Excelsior, 15-il rebbieħ irċevew il-premju STAR (Special Thanks And Recognition) bħala rikonoxximent għas-servizz jew għall-prodott li joffru, filwaqt li ngħata rikonoxximent ukoll lill-finalisti l-oħrajn. Fil-bidu taċ-ċerimonja l-Kap Eżekuttiv tal-MTA, is-Sur Formosa Gauci, fakkar dwar “l-importanza kbira li flimkien nibqgħu nagħtu importanza u ntejbu l-kwalità tas-servizz u tal-prodott turistiku Malti.”
Is-Segretarju Parlamentari de Marco, f’diskorstal-okkażjoni qal li m’hemmx dubju li llum – aktar minn qatt qabel – hekk kif id-dinja għaddejja minn kriżi finanzjarja u ekonomika, ilkoll kemm aħna għandna responsabilità sabiex l-industrija tat-turiżmu tagħna tibqa’ għaddejja kif għamlet f’dawn l-aħħar snin. “Bħal ma nafu, l-element tar-riżorsi umani huwa fundamentali f’dan is-settur fejn il-klijent tagħna mhux qed jixtri oġġett imma esperjenza. Għalhekk ix-xogħol tagħna jirrikjedi li mhux biss inkunu effiċjenti u professjonali fis-servizz li nagħtu, imma wkoll li l-ospitalità u s-servizz bi tbissima ma jonqsu qatt sabiex l-esperjenza tat-turist tkun waħda pożittiva u unika.”
Ir-rebbieħa tal-premjijiet STAR fil-kategorijatas-servizz jintgħażlu purament fuq il-bażi tan-numru ta’ nomini li jsiru mit-turisti u din is-sena ntbagħtu madwar 7,500 nomina għal total ta’ kważi 850 individwu. L-iskema għandha 13-il kategorija, li għal kull waħda jkun hemm sa erba’ finalisti.  It-13-il rebbieħ tal-premju STAR ingħataw ċertifikat, lapel pin tad-deheb ta’ 18-il karat u premju ta’ €800 fi flus kull wieħed, filwaqt li l-finalisti l-oħra ngħataw ċertifikat u premju ta’ €150 fi flus kull wieħed.
Ir-rebbieħa tal-premjijiet STARfil-kategorija tas-servizz għall-2008 huma:

·        Charlie Bonanno – Baħri ma’ Charlie’s Discovery Speedboat Trips;

·        Melita Brown – Għalliema ta’ l-għadds ma’ Corsair Diving;

·        Doris Camenzuli – Assistenta fil-ħanut La Rosa Jewellers;

·        Mary Camilleri – Sewwieqa tat-taksis ma’ Belmont Garage;

·        Raymond Cassar – Xufier tal-karozza tal-linja;

·        Alfred Chircop – Kuċċier;

·        Gabriel Gauci – Maniġer tal-mużew Malta at War;

·        John Grima – Animatur fil-lukanda Coastline;

·        Alfred Micallef Papasian – Gwida turistika;

·        Ivan Mifsud – Rappreżentant ta’ l-ivjaġġar ma’ Saga;

·        Joseph Saydon – Concierge fil-lukanda Corinthia Marina;

·        Paul Vella – Sewwieq tal-kowċ ma’ Silverstar Garage; u

·        Godfrey Zammit – Maniġer tar-ristorant Ron’s. 

Bħala inċentiv għat-turisti biex jagħtu sehemhomf’din l-iskema, hemm premju ta’ żewġ biljetti ta’ l-ajru (grazzi lill-AirMalta) u l-akkomodazzjoni f’Malta għal żewġ persuni. Dan il-premju ntrebaħ minn mara mill-Isvizzera li kienet żaret lil Għawdex f’Mejju li għadda.
L-iskema STAR tkopri wkoll il-kamp ta’ prodottita’ kwalità mibjugħin fi ħdan is-settur turistiku. Fil-fatt fl-2008 l-MTA ħolqot kategorija ġdida għal-mużewijiet, siti storiċi u postijiet ta’ interess. Il-post rebbieħ intgħażel minn grupp ta’ esperti magħmul minn rappreżentanti ta’ tliet entitajiet differenti u fuq bażi ta’ kriterji maħruġa mill-MTA. Il-post rebbieħ kien Palazzo Falson, l-Imdina, u l-premju kien jikkonsisti f’ċertifikat, trofew tal-ħġieġ forma ta’ stilla u premju ta’ €800 fi flus. Il-finalisti l-oħra rċevew ċertifikat u premju ta’ €150 fi flus.
Din is-sena l-MTA introduċiet kategorija ġdidafil-premji STAR – dik tal-Ħaddiem tas-Sena fil-Lukandi. Permezz ta’ dan il-premju prestiġġjuz, kienu nominati persuni mill-kollegi jew managers tagħhom stess u li jaħdmu fil-lukandi, għaliex huma meqjusa ħaddiema eżemplari fuq il-post tax-xogħol. Ir-rebbieħ ta’ dan il-premju intgħażel mill-kumitat ta’ STAR li kien magħmul minn rappreżentanti ta’ ħames entitajiet differenti. Il-Ħaddiem tas-Sena fil-Lukandi għall-2008 huwa Patrick Galea mill-lukanda Radisson SAS Golden Sands Resort & Spa li rebaħ ċertifikat, lapel pin tad-deheb ta’ 18-il karat u premju ta’ €800 fi flus. Ir-rebbieħ kien innominat ukoll mill-istess kumitat għall-Premju Ħaddiem tas-Sena 2009. Il-finalisti l-oħra ngħataw ċertifikat u premju ta’ €150 fi flus kull wieħed.
Bħalissa għaddejja l-edizzjoni 2009 ta’ l-iskemaSTAR u n-nomini li daħlu mill-bidu ta’ Jannar 2009 s’issa naturalment jingħaddu ma’ dawk għas-sena 2009. Il-formoli apposta jistgħu jinkisbu minn ħafna postijiet, fosthom it-Tourist Information Centres fil-Belt Valletta, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u u l-Belt Victoria, Għawdex, lukandi, ristoranti, taksis, coaches fost l-oħrajn. Infakkru li r-rebbieħa STAR ta’ l-2008 ma jkunux eliġibbli għall-edizzjoni ta’ l-2009.

Għal aktar informazzjoni ċemplu lill-Quality Development Unit fi ħdan l-MTA fuq 2291 5272/3 jew ibagħtu imejl lil starscheme@visitmalta.com jew żuru s-sit elettroniku www.visitmalta.com/star-awards.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow