Malta disposta li tkun il-pajjiż fejn ikun ibbażat il-European Asylum Support Office
PR0326
26/02/2009
| Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, Carmelo | Mifsud Bonnici illum ipparteċipa fil-laqgħa tal-Ministri tal-Intern tal-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea li saret fi Brussell. |
| Din il-laqgħa ta’ | llum kienet importanti għax kienet tiffoka partikolarment fuq l-Immigrazzjoni u għadd ta’ miżuri li l-Unjoni Ewropea lesta tieħu sabiex din il-problema tittaffa. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea, għall-ewwel darba ppreżentat proposta sabiex jitwaqqaf l-Uffiċċju ta’ Għajnuna għall-iStati Membri li jirrigwarda l-Ażil [European Asylum Support Office (EASO)]. |
| Il-Ministru | Mifsud Bonnici faħħar dan il-pass konkret li qegħda tagħmel l-Unjoni biex tilqa’ għall-isfidi li għandha fil-fruntieri tagħha tan-nofsinhar. Il-Ministru tkellem b’mod pożittiv dwar il-funzjonijiet li se jkollu dan l-uffiċċju li se jgħin billi jipprovdi l-għodda u l-mekkaniżmi neċessarji li jwasslu sabiex il-proċess għall-għoti tal-ażil ikun iktar effettiv bħal per eżempju l-għoti ta’ informazzjoni, l-analiżi u r-rappurtaġġ dwar il-pajjiżi ta’ oriġini ta’ min ikun qiegħed jitlob l-ażil, is-sostenn fejn jidħol it-taħriġ u, partikolarment, is-sostenn li dan l-Uffiċċju ser joffri lill-iStati Membri li qegħdin taħt pressjonijiet partikolari. |
| Barra minn dan, | dan l-Uffiċċju, qal il-Ministru Mifsud Bonnici, ser ikun qieghed ukoll jikkoordina t-trasferiment, ġewwa l-Unjoni, fuq bażi volontarja, ta’ persuni li jkunu ngħataw protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni. Il-fatt li dan il-mekkaniżmu reġa’ ssemma’ u qed jinħoloq uffiċċju biex jikkoordinah huwa pass pożittiv ferm. |
| Waqt l-intervent tiegħu, il-Ministru Carmelo | Mifsud Bonnici wera d-disponibilità ta’ Malta li tkun il-pajjiż li fih jiġi mwaqqaf dan l-Uffiċċju. |
| Din il-laqgħa tal-Kunsill kienet importanti | wkoll għall-fatt illi d-dokument li kien ġie ppreparat minn Malta, Cipru, l-Greċja u l-Italja dwar il-prijoritajiet li jrigu joħorġu mill-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tpogga għall-ewwel darba fuq il-mejda tal-Kunsill għall-kunsiderazzjoni u diskussjoni mill-Ministri preżenti. Il-Ministru Mifsud Bonniċi ppreżenta d-dokument għan-nom tal-erba’ pajjiżi u, wara l-intervent tiegħu, it-tlett Ministri l-oħra komplew jitkellmu fuq l-istess linji. |
| Il-Ministru Mifsud Bonnici għamel enfasi fuq | il-fatt illi l-miżuri kollha tal-Patt huma importanti, iżda li hemm ċerti minnhom li għandhom jingħataw aktar prijorità. Il-Ministru qal li hemm bżonn li jkun hemm mekkanizmi li jaħdmu u li l-miżuri mniżżla fil-Patt jiġu nklużi fil-pjanijiet future tal-Unjoni sabiex ikunu jistgħu jitwettqu. Huwa għamel enfasi fuq l-importanza li ċ-ċittadini Ewropej jaraw li qegħda tittieħed azzjoni konkreta : l-Unjoni mhix post ta’ diskussjoni, iżda ta’ azzjoni, tenna l-Ministru. |
| Punt ieħor fuq l-aġenda kien il-ġlieda kontra | d-droga u l-isforzi li qegħdin isiru mill-iStati Membri f’din il-ġlieda, b’kollaborazzjoni sħiħa bejniethom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984