Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR0324
Date Icon 26/02/2009
L-Oppożizzjoni ma tilqax stedinatal-Gvern u minflok tibqa’ tgħawweġ il-fatti u timmiżinforma
L-oppożizzjoni laburista għadha ma laqgħetxl-istedina li għamlilha l-Gvern biex tippubblika xi sentenza li tat il-Qorti Ewropea dwar Malta u t-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi.
Minflok l-oppożizzjoni wieġbet bi stqarrijaoħra, din id-darba tad-deputat Silvio Parnis, biex terġa tgħawweġ dak li qal il-Kummissarju Ewropew Kovacs.
Il-bieraħ il-Gvern stieden lill-oppożizzjonibiex tippubblika xi sentenza kontra Malta.  Dan l-oppożizzjoni ma tistax tagħmlu għaliex ma teżisti l-ebda sentenza.  Ladarba ma hemmx sentenza, l-oppożizzjoni qed tagħżel li tibqa’ tirrepeti l-istess stqarrijiet li la huma veru u lanqas huma leali lejn il-fatti.
Bil-maqlub ta’ dak li qal id-deputat laburista,kien il-Kummissarju Ewropew li qal x’inhi l-proċedura li għandha tkun użata f’kas li xi ħadd iħoss li għandu jfittex rimedju:
“it is for thenational courts to apply domestic rules   ……At the present stage, the Commission does not have information demonstrating that the Maltese system of remedies does not comply with the standards established by the Court….”
Fi żmien fejn partiti serji jitkellmu dwaril-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali l-oppożizzjoni, b’mod irresponsabbli, qed tagħżel li tilgħab għall-gallarija.  Il-Gvern investa b’għaqal id-dħul li kellu u dak li rriżulta mit-tkabbir ekonomiku f’inizjattivi fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fl-oqsma soċjali fost l-oħrajn.
Kuntarju ta’ dak li qal id-deputat laburista,il-Kummissarju Ewropew la qal li Malta qed tikser xi liġi, la qal li trid trodd lura, u wisq anqas qal li l-oppożizzjoni laburista għandha raġun.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow