DELEGAZZJONI MILL-BRAŻIL IŻŻUR MALTA
PR0322
26/02/2009
| Delegazzjoni ta’ 15-il uffiċjal għoli tal-Gvern | Brażiljan, il-parti l-kbira mill-Ministeru tal-Industrija u Kummerċ Barrani, bħalissa tinsab f’Malta. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qed jorganizza programm speċifiku għal dawn l-uffiċjali li ġew Malta bħala parti minn katina ta’ żjajjar li ser jeħduhom f’diversi pajjiżi oħra Ewropej taħt il-proġett PAIIPME (UE – Brażil). |
| L-għan taż-żjara huwa li tkun diskussa | l-internazzjonalizzazzjoni tal-Intrapriżi Żgħar u Medji u biex jissaħħu aktar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ negozju bejn iż-żewġ pajjiżi. |
| Waqt iż-żjara, id-delegazzjoni ser tkun qed | iżżur fost oħrajn, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriżi u l-Industrija, il-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (GRTU), il-Malta Enterprise u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Żjajjar oħra ser isiru f’siti ta’ Kumpaniji Maltin. |
| Għada, il-Ġimgħa, 27 ta’ Frar, ser issir laqgħa | ta’ informazzjoni fit-3.00pm fil-Malta Enterprise, f’San Ġwann, fejn kumpaniji lokali u imprendituri interessati li jistabbilixxu kuntatti ta’ negozju ma’ entitajiet fil-Brażil huma mistiedna jattendu. Ma hemmx bżonn li wieħed jirriserva post minn qabel. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984