STQARRIJA TAL-KULLEĠĠ MALTI GĦALL-ARTI, XJENZA U TEKNOLOĠIJA
PR0313
25/02/2009
| B’riferenza għal dak li qal l-Onor. Evarist | Bartolo, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni dwar l-MCAST, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija jixtieq jikkjarifika dan li ġej. |
| Fil-bidu tas-sena akkademika l-Kulleġġ kellu | l-lecturers kollha li kien jeħtieġ skond in-numru ta’ studenti u l-varjeta’ ta’ korsijiet li joffri. Il-kulleġġ joffri 120 kors differenti lil aktar minn 4,700 student. Kull kors jinkludi numru ta’ suġġetti differenti. |
| Ġara, kif spiss jista’ jiġri, li matul is-sena | akkademika, numru ta’ lecturers, għal raġunijiet differenti, telqu jew kellhom bżonn jassentaw ruħhom mill-Kulleġġ. Fost dawn kien hemm minn ħareġ b’leave tal-maternita’ jew b’parental leave kif għandu dritt jagħmel bil-liġi, kien hemm oħrajn li mardu u ma setgħux jattendu, oħrajn telqu għax sabu opportunitajiet oħra kemm f’Malta kif ukoll barra l-pajjiż. Żgur li l-Onor. Bartolo ma jistax jgħid li l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ kellha kontroll fuq dawn l-affarijiet. |
| L-awtoritajiet tal-MCAST min-naħa tagħhom kull | meta jkun hemm xi vakanza jieħdu ħsieb li jirreklutaw lecturers oħra malajr kemm jista’ jkun. Dan irid isir skond il-liġi u r-regolamenti u neċessarjament jieħu xi ħin. Lecturer mhux oġġett li tista’ taqbad u tixtrih meta tiġi bżonnu. Anke meta ssib nies kapaċi li jistgħu u jkunu lesti jimlew il-vakanzi li jinħolqu, ħafna drabi dawn, skond il-liġi, jkunu jridu jagħtu avviż lil min ikun qed iħaddimhom qabel u dan ukoll jista’ jieħu xi żmien. |
| It-tmexxija tal-MCAST trid tassigura | lill-pubbliku li l-interess tal-istudenti hu dejjem fil-quċċata tal-aġenda ta’ din l-istituzzjoni u ma jsir xejn li għandu jwassal studenti biex jitilqu mill-Kulleġġ. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984