STQARRIJA MID-DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR U TAL-KOMPETIZZJONI DWAR IL-PREZZ TAL-ĦOBŻ
PR0310
25/02/2009
| Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u | tal-Kompetizzjoni tixtieq tirreferi għal dak li deher fl-istampa fejn intqal li hemm il-possibilità li l-prezz tal-ħobż jista’ jerġa’ jogħla. |
| Id-Diviżjoni tixtieq tikkjarifika li minn | Mejju tas-sena l-oħra l-furnara bdew jingħataw sussidju skont it-tip ta’ fuel li jużaw biex isaħħnu l-forn tagħhom. L-ogħla sussidju ta’ €6 għal kull xkora dqiq kien jingħata lil dawk il-furnara li jużaw il-light heating oil. F’dawn l-aħħar xahrejn dawn il-furnara bbenifikaw minn: |
| • Roħs ta’ €1.53 kull xkora fil-prezz | tad-dqiq. |
| • Tnaqqis ta’ 30% fil-prezz tal-light heating | oil ekwivalenti għal tnaqqis ta’ €1.96 kull xkora. |
• Sussidju ta’ €2.27 fuq kull xkora.
| • Roħs fil-prezz tad-diesel minn €1.13 għal | €0.99 kull litru. |
| Il-prezz tal-ħobża Maltija ġie liberalizzat, | għalhekk wieħed jista’ jistenna li jkun hemm xi ċaqliq ‘il fuq jew ‘l isfel fil-prezz minn ċerta furnara. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984