JINGĦATA BIDU GĦAR-RENJU TAL-KARNIVAL F’GĦAWDEX
PR0284
20/02/2009
| Illum ingħata bidu għar-Renju | tar-Re tal-Karnival f’Għawdex, minkejja li ftit tard minħabba l-maltemp. Dejjem jekk it-temp jippermetti, l-attivitajiet se jkunu mifruxa fuq il-ħamest ijiem li ġejjin, sa nhar it-Tlieta. |
| L-attivitajiet tal-Karnival | Reġjonali ta’ Għawdex bdew dalgħodu permezz tal-karnival ‘Mit-tfal għat-Tfal’, mill-kumpaniji tat-tfal tal-iskejjel Għawdxin. Fl-10.00 ta’ filgħodu, il-karnival tat-tfal beda b’defilè tul Triq ir-Repubblika u kompla b’wirjiet ta’ żfin fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, filwaqt li llejla, fis-sitta, il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, se jorganizza serata tal-karnival fil-pjazza ewlenija. |
| Il-programm għal għada s-Sibt | jibda fid-9.30 ta’ filgħodu b’wirjiet taż-żfin tat-tfal segwiti minn dawk mill-kumpaniji tal-kbar fi Pjazza Indipendenza. Imbagħad filgħaxija, il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u ta’ San Lawrenz se jorganizzaw attivitajiet tal-karnival fil-pjazez tal-irħula rispettivi tagħhom, fil-5.30 u fis-7.30 ta’ filgħaxija rispettivament. |
| L-attivitajiet tal-karnival | matul il-ġurnata tal-Ħadd, se jibdew bi programm organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar, fil-pjazza tar-raħal. Imbagħad fit-3.00 ta’ wara nofsinhar, il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex jissokta b’defilè grandjuż u kompetizzjonijiet taż-żfin fl-enclosure fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat. It-Tnejn 23 ta’ Frar, il-Kunsilli Lokali taż-Żebbuġ, tal-Qala u ta’ Sannat se jorganizzaw serati tal-karnival fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Il-karnival fiż-Żebbuġ u f’Ta’ Sannat jibda fis-6.30 ta’ filgħaxija, filwaqt li dak fil-Qala se jibda fis-7.00 ta’ filgħaxija. |
| L-għeluq uffiċjali | tal-Karnival Reġjonal ta’ Għawdex se jsir nhar it-Tlieta fis-7.00 ta’ filgħaxija, b’defilè grandjuż u kompetizzjonijiet ta’ żfin fl-enclosure u Grand Finale fi Pjazza Indipendenza. Il-karru tar-Re tal-Karnival ta’ din is-sena sar minn John Grech mill-Oratorju Don Bosco. |
| Bħas-snin li għaddew huwa | mistenni li għadd ta’ Maltin jaqsmu l-fliegu biex iqattgħu l-jiem tal-karnival f’Għawdex. Attrazzjoni partikolari hija dik tal-Karnival Spontanju tan-Nadur li matul is-sigħat ta’ filgħaxija, bejn illejla u nhar it-Tlieta jattira għadd ta’ Maltin, turisti, kif ukoll Għawdxin minn kull rokna tal-gżira. Ilbieraħ filgħaxija, il-Kunsill Lokali tan-Nadur tella’ programm organizzat fil-Pjazza San Pietru u San Pawl. |
| Il-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex jiġi | organizzat kull sena mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali Għawdxin. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984