IMNEDIJA ŻEWĠ PROGRAMMI KBAR TAL-UNJONI EWROPEA
| L-Onor. John Dalli, Ministru għall-Politika | Soċjali llum nieda żewġ programmi kbar b’fondi mill-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ dawn iż-żewġ programmi, li se jkunu qed jaħdmu sas-sena 2013, l-ETC se tkompli tinvesti fir-riżors uman billi tinvesti fil-motivazzjoni ta’ min qed ifittex ix-xogħol u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ min hu diġa` f’impjieg. |
| L-Employment Aid Programme hu immirat | biex jgħin lil persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol u jinsabu f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ minħabba ċ-ċirkostanzi tal-ħajja li jkunu qed jgħixu. Dawn il-persuni huma: |
· żgħażagħ taħt il-ħamsa u għoxrin sena, li ilhom inqas minn sentejn minn meta spiċċaw l-edukazzjoni full-time tagħhom, u għadhom ma sabux impjieg;
· persuni li ilhom nieqsa mix-xogħol għal minn tal-anqas sentejn u jridu jerġgħu jidħlu f’impjieg;
· persuni single li qed ifittxu impjieg, iżda fl-istess ħin iridu jieħdu ħsieb persuni dipendenti minnhom;
· persuni li waqfu mill-iskola wara s-sekondarja u ngħataw is-sensja, jew l-avviż tas-sensja, fl-aħħar sitt xhur;
· persuni li għandhom aktar minn ħamsin sena;
· persuni li ilhom ifittxu impjieg għal tul ta’ żmien ; u
· persuni b’diżabilita`.
| Permezz ta’ dan il-programm, l-ETC se tkun qed | tagħti għajnuna finanzjarja lil dawk l-employers li jagħżlu li jħaddmu dawn in-nies. L-għajnuna li se tingħata se tkun f’forma ta’ sussidju ġeneruż fil-paga ta’ dawn l-individwi, kif ukoll fil-ħlas tal-kontribuzzjoni tan-National Insurance imħallsa mill-employer. Din l-għajnuna se tingħata għal numru ta’ xhur, u fil-każ ta’ kumpaniji li jimpjegaw persuni b’diżabilita’ din se tingħata għal tliet snin sħaħ. Fil-każ ta’ ħaddiema li se jaħdmu f’Għawdex, is-sussidju se jkun għal aktar xhur. |
| It-Training Aid Framework hu opportunita` | unika għal pajjiżna biex il-kumpaniji lokali jkunu jistgħu jinvestu fir-riżorsi umani tagħhom. L-ETC minn dejjem saħqet fuq l-importanza tat-taħriġ, fil-fatt il-Ministru Dalli mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ta’ struzzjonjiet lill-Korporazzjoni biex kemm jista’ jkun kontinwament tħarreġ lill-ħaddiema anke dawk li jkunu f’impjieg. Biex persuna tkun armata l-isfidi tad-dinja tal-lum – il-kompetizzjoni, il-globalizzazzjoni, u r-riċessjoni internazzjonali – din trid tinvesti f’aktar għarfien, f’aktar ħiliet u f’aktar kwalifiki. L-ETC temmen bis-sħiħ fit-tagħlim matul il-ħajja, u se tkun qed twettaq dan bil-fatti f’dan il-proġett. |
| Permezz tat-Training Aid Framework, l-ETC | se tkun qed tgħin finanzjarjament lil dawk il-kumpaniji li se jinvestu fit-taħrig tal-ħaddiema tagħhom. Din l-iskema hi miftuħa għal kumpaniji fis-settur privat u s-sussidju se jvarja skond it-tip ta’ taħriġ u d-daqs tal-intrapriża. It-taħriġ jista’ jkun taħriġ in-house jew out-sourced u jista’ jingħata f’Malta jew barra minn Malta permezz tad-distance learning. It-taħriġ jista’ jkun kors fl-Universita` ta’ Malta jew f’xi universita` oħra barra. Il-korsijiet jistgħu jkunu jwasslu saħansitra sa PhD. Se jkunu eliġibbli wkoll persuni li jaħdmu għal rashom, sakemm ix-xogħol ikun l-impjieg prinċipali tagħhom u t-taħriġ ikun fl-istess qasam tax-xogħol li jagħmlu. Kull kumpanija se tkun eliġibbli għal massimu ta’ €250,000 kull sena. |
| L-ETC kellha diversi proġetti immirati biex | jilħqu ħafna mill-klijenti tagħha, bħal ma’ huma persuni ta’ ’l fuq minn erbgħin sena, nisa, ġenituri waħedhom, persuni b’diżabilita’, u żgħażagħ. Permezz tal-fondi Ewropej l-ETC investiet ukoll fi proġetti infrastrutturali, bħall-estensjoni taċ-ċentru tat-taħriġ f’Ħal Far. |
| Fis-snin li ġejjin l-ETC se tkompli tħaddem | aktar programmi permezz ta’ dawn il-fondi. Fost dawn insemmu l-programmi tat-taħriġ li tagħti l-Korporazzjoni f’oqsma u f’ħiliet differenti, proġett ieħor infrastrutturali li se jkompli jkabbar iċ-ċentru tat-taħriġ f’Ħal Far u kampanja edukattiva dwar l-ugwaljanza u s-sehem tal-mara fis-suq tax-xogħol. |
| Biex dawn il-programmi jkunu ta’ suċcess, bħal | ma’ kienu l-programmi l-oħra, hemm bżonn tal-kollaborazzjoni ta’ kulħadd. Hemm bżonn li l-kumpaniji lokali jemmnu fil-kapaċitajiet u l-potenzjal tal-ħaddiema tagħhom u ta’ min qed jirreġistra għax-xogħol. Hemm bżonn li min qed jirreġistra għax-xogħol jagħraf aktar l-importanza li jkun f’impjieg u li jħarreġ lilu nnifsu biex ikun ippreparat għall-isfidi li toffri d-dinja tax-xogħol. |
| Matul din il-Konferenza Stampa kienet wkoll | prezenti ċ-Chairperson tal-Korporazzjoni Dr Sandra Sladden, u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Dr Sue Vella. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984