STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
PR0276
19/02/2009
| Risposta għall-istqarrija | tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà u l-Intern dwar l-Immigrazzjoni Illegali |
| B’referenza għall-istqarrija | maħruġa aktar kmieni illum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Intern, il-Gvern irid jerġa jġib għall-attenzjoni tal-pubbliku s-segwenti punti: |
| Il-Gvern qed jieħu l-problema | tal-immigrazzjoni illegali bis-serjetà li teħtieġ iżda mingħajr ma jintilef fir-retorika jew jagħmel dikjarazzjonijiet eżaġerati li ma jwasslu mkien. Dan qed isir filwaqt illi jżomm lill-Oppożizzjoni nfurmata b’dak kollu li qiegħed isir, x’inhuma l-fatturi ewlenin li jikkundizzjonaw l-aġir tal-Gvern, kif ukoll id-dimensjoni tal-problema. |
| Ta’ min isemmi li, ftit żmien | ilu, l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Intern kienu attendew għal preżentazzjoni dettaljata dwar din il-materja, li matulha setgħu jiċċaraw kwalunkwa domanda li seta’ jkollhom dwar il-direzzjoni tal-ħidma tal-Gvern f’dan ir-rigward kif ukoll jagħmlu kull osservazzjoni li jħossu xierqa dwar il-materja. Din il-preżentazzjoni kienet saret minħabba li l-Gvern jemmen li s-soluzzjoni għall-isfida tal-immigrazzjoni illegali tista’ tintlaħaq b’mod iżjed effettiv u spedit jekk il-pajjiż jippreżenta front komuni. |
| Il-Gvern ma għandu ebda problema | biex jiddibatti din il-materja fil-Parlament, bħal ma diġa seħħ fil-passat. Madanakollu irid jingħad ukoll li dan is-suggett diġa tqajjem diversi drabi fil-Kamra tar-Rappreżentanti, permezz ta’ domandi parlamentari li kollha ġew imwieġba – kif fil-fatt seħħ proprju nhar it-Tlieta li għadda. |
| Kif diġa ġie a konjizzjoni | tal-pubbliku, l-Gvern irnexxielu jikseb aktar fondi mill-Unjoni Ewropea biex jibgħat lura immigranti illegali li m’għandhomx dritt jibqgħu Malta. Dan wassal biex, fost oħrajn, aktar kmieni din il-ġimgħa jiġu ripatrjati 35 Eġizzjan, filwaqt li ser jiġu ripatrijati għexieren ta’ immigranti illegali oħra fil-jiem li ġejjin. |
| Ta’ min isemmi wkoll li l-ħidma | tal-Gvern wasslet biex jiġu riallokati diversi persuni li wara li waslu Malta illegalment, ingħataw protezzjoni internazzjonali minn pajjiżna. Dawn jinkludu mal-200 li ingħataw kenn fl-Istati Uniti. Dawn minbarra li 115 –il persuna Afrikana oħra li rritornaw lejn pajjiżhom volontarjament taħt il-proġett DAR. |
| Fix-xhur li għaddew, Malta ħadet | rwol ferm attiv fil-fora tal-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw l-imigrazzjoni u l-ażil. Malta qatt ma qagħdet lura milli ssemma lehinha u tenfasiżża l-pressjonijiet li jinsabu fuqha bħalissa bħala kawża ta’ numru kbir ta’ wasliet ta’ immigranti llegali. |
| F’diversi okkażjonijiet, fil-fora | internazzjonali u Ewropej, il-Gvern Malti saħaq fuq il-bżonn ta’ riallokazzjoni ta’ persuni li jkunu ngħataw protezzjoni internazzjonali f’Malta. Fiċ-ċirkostanzi preżenti, l-awtoritajiet Maltin jibqgħu dejjem jisħqu fuq il-bżonn ta’ riallokazzjoni. |
| Bħala riżultat ta’ dan, bħalissa | l-Gvern Malti għandu indikazzjonijiet li, fix-xhur li ġejjin, il-Gvern Franċiż se jaċċetta madwar 80 ruħ li għandhom din il-protezzjoni internazzjonali minn Malta. Barra minn hekk, se titkompla r-riallokazzjoni ta’ persuni bħal dawn lejn l-Istati Uniti tal-Amerka bħala parti minn proġett kontinwu ta’ kooperazzjoni mal-UNHCR, l-Uffiċċju tal-Kummissjarju għar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda. Dan l-uffiċċju jgħin lill-awtoritajiet Maltin biex jagħżel il-persuni li jkunu se jibbenefikaw minn dan il-proġett. Dan l-arranġament mal-UNHCR huwa eċċezzjonali għal Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. |
| Ta’ min jinnota li, fuq | l-insistenza ta’ Malta il-Patt dwar l-Imigrazzjoni u l-Ażil jinkludi provvediment dwar il-riallokazzjoni ta’ persuni minn Stat Membru li jkun qiegħed jesperjenza pressjonijijet sproprozjonati fuq is-sistemi tiegħu tal-ażil, lejn Stat Membru ieħor, dejjem fuq bażi volontarja u koordinata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-UNHCR, se jiffaċilita din ir-riallokazzjoni koordinata u se tingħata għajnuna finanzjarja biex dan isir. |
| Għalkemm Malta hija sodisfatta | b’dan il-pass ‘l quddiem, se tibqa’ tisħaq fuq l-importanza ta’ implementazzjoni minnufih tar- riallokazzjoni. |
| Biex teskludi l-possibilita’ li | l-immigrazzjoni ma tibqax tingħata l-importanza xierqa mill-Presidenza tal-UE, Malta ħadet inizjattiva oħra sabiex jiġi ffurmat grupp ta’ pajjiżi (Malta, l-Italja, Ċipru u l-Greċja) li jkunu jistgħu isemmgħu leħinhom flimkien fejn tidħol l-imigrazzjoni u l-pressjonijiet li din iġġib magħha. Dawn il-pajjiżi kollha għandhom diffikultajiet simili fejn tidħol l-imigrazzjoni u, jekk jingħaqdu flimkien u jkunu vuċi waħda, jistgħu jagħmlu impatt aktar fil-fora Ewropej. Fil-fatt, dawn l-erba’ pajjiżi, b’mod speċjali Malta, fasslu dokument li se jkun il-bażi tad-diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill l-ġimgħa d-dieħla fi Brussell. Dan id-dokument jiddentifika dawk l-azzjonijiet li huma l-aktar essenzjali sabiex id-diffikultajiet preżenti jiġu indirizzati, inklużi ir-riallokazzjoni ta’ persuni li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali u ir-ritorn lejn pajjiżhom ta’ immigranti illegali li ma humiex eliġibbli għal protezzjoni internazzjonali. |
| Il-Gvern jemmen li huwa | importanti li kull min irid jgħati kontribut f’das-settur għandu mhux biss id-dritt, iżda d-dmir li jgħamel hekk. Għalhekk il-Gvern jistenna li l-Oppożizzjoni telabora bi proposti ġodda u tindika fejn fl-opinjoni tagħha il-Gvern mhux qed jagħmel biżżejjed. Sa issa, kull suġġeriment validu li sar, ġej minn fejn hu ġej, li jieħu kont tas-sitwazzjoni ta’ pajjiżna u tal-obbligi internazzjonali ta’ pajjiżna ġie dejjem aċċettat u milqugħ min-naħa tal-Gvern. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984