IT-TWAQQIF TA’ QUALITY ASSURANCE UNIT (QAU) FI ĦDAN ID-DIRETTORAT TAT-TOROQ
Punti mid-Diskors tal-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, fl-okkażjoni tat-twaqqif ta’ Quality Assurance Unit - Valletta – 19 ta’ Frar 2009
Qed inħabbru t-twaqqif ta’ unit ġdid fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li se jkun responsabbli mix-xogħlijiet kollha li jsiru fit-toroq kollha ta’ Malta u Għawdex. Dan qiegħed isir biex ikunu indirizzati diversi problemi li jinqalgħu kull meta jkun hemm tħaffir ta’ trinek fit-toroq minn xi entità jew inkella kumpanija biex jgħaddu xi servizzi.
1. Il-problemi attwali
| Illum qegħdin f’sitwazzjoni fejn ikun hemm | okkażjonijiet meta jsir xogħol ta’ tħaffir mingħajr ma jinħareġ avviż minn jiem qabel u f’ċerti ċirkostanzi x-xogħol ma jkunx kopert bil-permessi meħtieġa tal-Awtorita dwar it-Trasport. |
| B’dak li qegħdin inħabbru llum, se nindirizzaw | ukoll dak li jista’ jissejjaħ abbuż minn entitajiet li jibdew xogħlijiet ta’ tħaffir fit-toroq meqjusa ta’ emerġenza. |
| Issa qed nesiġu li | tinżamm kwalità uniformi tul il-proġetti kollha li jsiru. |
| Agħar minn hekk, jeżistu każi fejn triq terġa’ | tinfetaħ għal xogħlijiet oħra minn entità differenti, jekk m’hux mill-istess entità, ftit ta’ żmien wara. |
| Importanti wkoll li jissemma li meta jkun | qiegħed isir xogħol ta’ tħaffir, ħafna drabi l-immaniġġjar tat-traffiku jkun fqir ħafna. |
| Rari wkoll ikunu segwiti l-miżuri li jassiguraw | is-saħħa u s-sigurtà ta’ min ikun se juża t-triq. |
2. Fejn irridu naslu
Il-Gvern irid li fix-xogħlijiet li jsiru, jkun hemm:
Ø Titjib fil-kwalità tal-bini u r-resurfacing tat-toroq skont livelli internazzjonali;
Ø ippjanar bil-quddiem u koordinazzjoni bejn id-Direttorat tat-Toroq u l-entitajiet kollha li għandhom xi servizz għaddej mit-toroq.
| Fl-istess waqt, il-Gvern irid li | jonqos l-inkonvenjent kemm għar-residenti, sidien ta’ ħwienet kif ukoll dawk li jagħmlu użu mit-triq. |
| 3. X’qegħdin | nippjanaw li jsir |
Ø Kull intervent fuq it-toroq isir b’mod li jassigura sigurtà, effiċjenza u kwalità għolja bl-inqas xkiel possibli;
Ø Il-unit il-ġdid li qed inwaqqfu hu inkarigat li jassigura li tintlaħaq il-mira ta’ cost effectivenes.
L-entitajiet li jridu jkunu konformi ma’ dan il-proċess huma:-
1. ADT;
2. Korporazzjoni Enemalta;
3. Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma;
4. Kunsilli Lokali;
5. Diviżjoni tax-Xogħlijiet;
6. Ministeru ta’ Għawdex;
7. GO plc;
8. Melita Cable plc;
9. Vodafone plc; u
10. Kull kumpanija jew entità oħra li tibda topera wara l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti l-ġodda
Il-proċess biex entità tkun tista’ tagħmel xogħijiet fi triq
Il-proċess kollu mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni sa tmiem ix-xogħlijiet se jitmexxew mill-QAU. Entità tista’ tibgħat applikazzjoni għax-xogħlijiet li tixtieq tagħmel jew bil-posta jew inkella permezz ta’ e-mail roadworksapplications@maltatransport.com
| Meta ssir l-applikazzjoni, il-unit jibda proċess | ta’ konsultazzjoni mal-entitatijiet l-oħra kollha u tara jekk hemmx xi xogħlijiet oħra ppjanati fil-futur qrib f’dik it-triq partikolari jew żona ta’ fejn tkun qed issir l-applikazzjoni. |
| Il-Gvern irid li tiddaħħal | sistema li la darba jsir intervent fuq triq, ma jerġax ikun hemm intervent ieħor fuq l-istess triq għal ammont sostanzjali ta’ żmien. Dan ikun possibli bil-mod ta’ kif se jitħaddem il-proċess tal-applikazzjoni u x-xogħlijiet li jkunu jridu jsiru. |
Għalhekk f’kull intervent li jkun se jsir:
1. fejn hu fiżikament u teknikament possibli s-servizzi kollha jingħaddu fuq iż-żewġ naħat tat-triq, preferibbilment taħt il-bankini jew inkella eżatt magħhom;
2. Fil-każ ta’ toroq arterjali u disrtibutorji, is-servizzi jridu jgħaddu minn culverts li jridu jinbnew apposta fuq kull ġenb tat-triq;
3. Servizzi li minħabba l-intervent ikollhom jinbidlu jridu jitħallsu kollha mill-applikant. L-applikant irid jimplimenta l-miżuri li jassiguraw s-saħħa u s-sigurtà kif mitlub bil-liġi kif wkoll skont id-direzzjoni li tingħata mill-QAU.
4. Il-QAU se jkun qed jagħmel testijiet tal-kwalità tax-xogħlijiet waqt l-intervent li jkun qed isir u jassiguraw li jkun qed jintlaħqu l-istandards neċessarji. Dawn it-testijiet ser ikunu qed jittieħdu fuq il-bażi tad-direttiva ministerjali ‘Testing of Roads, Testing Equipment and Road Markings’ ta’ April 2008;
5. Biex jitnaqqas għal minimu possibbli l-inkonvenjent ikkawżat mix-xogħlijiet lil dawk kollha li jużaw t-triq jew huma residenti fil-viċinanzi, bħalha regola ġenerali, il-permess li jinħareġ jagħti l-inqas żmien possibbli biex jitlesta x-xogħol. Dan jista’ jimplika li l-kuntratturi jkollhom jaħdmu sigħat żejda u f’żoni mhux residenzjali, ix-xogħlijiet iridu jibqgħu għaddejjin wkoll bil-lejl;.
7. L-applikant huwa mistenni li jħallas wkoll għall-avviżi kollha (fil-media) li l-ADT jidrilha li għandha tagħmel biex tavża kemm lill-pubbliku ġenerali kif wkoll lir-residenti fl-inħawi ta’ fejn ikun ippjanat li jsir l-intervent (ittri jew mail-shots)
| L-applikant se jkun mistenni | jikkunsidra dawn il-fatturi fl-ippjanar tiegħu u fl-estimi li jrid jalloka għax-xogħlijiet li jkun se japplika għalihom. |
| 4. Ippjanar aħjar | mill-Kunsilli Lokali |
| Bi ftehim bejn l-ADT u d-Direttorat tal-Gvern | Lokali, se jibdew isiru wkoll spezzjonijiet biex tkun magħrufa sewwa sew il-kundizzjoni ta’ wiċċ ta’ triq partikolari, il-kundizzjoni wkoll tas-sinjali tat-traffiku, bankini u street furniture. L-informazzjoni kollha li tinġabar se tkun konfrontata ma’ informazzjoni miżmuma f’database apposta miżmuma mit-Traffic Management Unit tal-ADT. Kull tibdil jiġi aġġornat b’mod elettroniku f’din is-sistema. |
| Dan jgħodd ukoll għall-programm ta’ | manutenzjoni u xogħlijiet ġodda fit-toroq. B’hekk għandu jissarraf f’koordinazzjoni aħjar bejn l-ADT u d-Direttorat tal-Gvern Lokali biex anki l-Kunsilli Lokali jkunu mgħejjuna aktar ħalli jippjanaw aħjar. |
5. Konklużjoni
| Il-Gvern irid li jkun hemm konsistenza u li | tingħata l-attenzjoni għal-livelli għolja u ta’ kwalità kull meta jkun se jsir xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek u għoti ta’ asfalt. |
| Barra minn hekk, ċerti kuntratturi b’mod | kostanti jagħmlu xogħol ta’ kwalità baxxa u fejn rarament ikun hemm superviżjoni biex ikun assigurat l-aqwa u l-aħjar xogħol. |
| L-ADT mhux l-ewwel darba li tkellmet | pubblikament li ma tkunx sodisfatta b’xogħlijiet li jkunu saru, u fejn kien meħtieġ ittieħdet ukoll azzjoni biex ikunu infurzati regolamenti dwar xogħlijiet fit-toroq. |
| It-twaqqif tal-QAU se jippermetti wkoll li jkun | hemm aktar koordinazzjoni, koperazzjoni u komunikazzjoni bejn l-ADT u dawk li jipprovdu s-servizzi. |
| Dawn l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Gvern | għandhom iwasslu biex entitajiet jew kumpaniji li għandhom servizzi li jgħaddu minn taħt it-toroq, jippjanaw aktar fit-tul, u riżultat t’hekk l-ispejjeż għandhom jonqsu. |
| Ebda awtorità, entita pubblika jew inkella | Kunsill Lokali m’għandhom iqisu lilhom infushom ‘il fuq mil-liġi. |
| Il-Gvern ifakkar li hi l-ADT – li għandha | l-kompetenza u r-responsabiltà li tikkonferma li l-kwalità tax-xogħlijiet fit-toroq huma skont il-kriterji stabbiliti. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984