Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI WAQT IT-TNEDIJA TAL-PROĠETT TA’ SANT IERMU – VALLETTA – 17 TA’ FRAR 2009

PR0247
Date Icon 17/02/2009
Imiss it-tielet proġett mill-viżjonital-Gvern għall-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett.
Il-proġett ta’ Sant Iermu, hu bla dubjuwieħed mill-akbar sfidi li għandu dan il-Ministeru, għar-riġenerazzjoni ta’ din iż-żona tal-Belt.
Il-Forti Sant Iermu nbena mill-Kavallierif’nofs is-seklu sittax (1550), u kien l-ewwel forti tal-Belt (fil-fatt il-Forti Sant Iermu nbena qabel il-Belt Valletta). Matul iż-żminijiet saru xi interventi, iżda issa wasal iż-zmien li jsir restawr u riġenerazzjoni tal-Forti kollu u ż-żona ta’ madwar.
Fil-viżjoni tiegħu ppubblikata fl-2007,il-Gvern kien ħabbar diversi ideat għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir. Kienet twaqqfet il-Grand Harbour Regeneration Corporation u bdiet il-konsultazzjoni. Minn meta ħabbarna l-viżjoni tal-Gvern, saru diversi studji dettaljati u anke twaqqaf Steering Committee magħmul minn esperti.

L-Isteering Commitee huwa magħmul minn:

Mark Portelli, li huwa c-Chairman tal-GrandHarbour Regeneration Corporation, u huwa wkoll ic-Chairman tal-Malta Maritime Authority,
Joseph Said, presentament huwa c-Chairmantal-Heritage Malta, CEO u direttur tal-Lombard Bank u anke Chairman tal-MaltaPost,
Stephen Spiteri, superintendent responsabblimill-fortifikazzjonijiet u awtur ta’ diversi kotba relatati mal-fortifikazzjonijiet u storja militari.
Claude Borg, koordinatur eżekuttivtal-progetti ghar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, l-Imdina u tal-Kottonera; huwa wieħed mill-bord għad-diploma fit-teknologija għall-konservazzjoni u wkoll Perit.

Martin Galea, President ta’ din l-Art Helwa,

Joseph Caruana, Direttur Ġenerali f’danil-Ministeru,
Joe Magro Conti, Manager tal-HeritagePlanning Unit fi ħdan il-MEPA, awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet li jitrattaw l-arkeoloġija u l-management tal-wirt storiku; għandu wkoll Masters Degree fiż-żamma tal-Wirt Storiku,
Jesmond Schembri, Kap tas-Segretarjatresponsabbli mit-Turiżmu,
Chris Paris, CEO tal-Korporazzjonigħar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u Deputy Chairman tal-Malta Industrial Parks.
Għall-parti ta’ fuq ta’ Sant Iermu li hifil-livell tal-Belt, il-ħsieb dejjem kien li din taqdi funzjoni aktar pubblika. Il-Gvern irid li hawn jintuża għal manifestazzjonijiet pubbliċi ta’ natura kulturali u artistika. Din il-parti tal-Forti tista’ tiġi adottata għal attivitajiet li jsiru fil-miftuħ jew jeħtieġu spazji flessibbli.
Sabiex jista’ jitgawda dan kollu, hemmil-ħtieġa li l-Forti jkun aċċessibbli u miftuħ għal min ikun qiegħed jimxi.
Dan il-proġett ser jara li tinħoloqpassiġġata miftuħa għall-pubbliku li tibda minn ħdejn l-MCC u twasslek sas-swar ta’ Caraffa u l-inħażen ta’ Pinto. Din il-mixja tagħmel parti mill-viżjoni tal-Gvern li tinħoloq mixja kontinwa minn ta’ Sliema sa Sant Iermu.
Il-ħsieb hu li l-parti t’isfel ta’ Sant Iermussir Cruise Passenger Terminal.
Proġett ieħor hu li titneħħa t-triq ta’ Fuqil-Fosos. Kif tafu tajjeb, fis-snin sebgħin parti mill-fosos ta’ quddiem il-Forti Sant Iermu ndifnu taħt it-triq il-ġdida li ħarbtet il-kontinwità tas-swar fuq in-naħa tal-port il-kbir, bniet pont li għalaq l-aċċess għall-foss ta’ madwar il-Forti u ħassret id-dehra tal-fosos fl-intrata fuq l-art tal-Forti.
Parti integrali tal-parti ta’ fuq ta’ SantIermu hu l-Fanal (Lighthouse) li kien iħares fuq il-bokkok taż-żewġ portijiet. Dan kien inħatt mill-Ingliżi għal raġunijiet ta’ difiża qabel it-Tieni Gwerra.
Ir-rikostruzzjoni tal-fanal ta’ Sant Iermugħandha skop estetiku u toħloq l-opportunità ta’ promontorju għoli li jħares fuq iż-żewġ portijiet tal-Belt.
Proġett ieħor hu li tinbena lukanda ġdidaflok il-Laboratorju Evans. Kulħadd jaqbel li din il-binja hi ġerħa viżwali fiż-żona fejn tinsab, b’Dar il-Mediterran fuq naħa u ċ-Ċentru tal-eżamijiet fuq in-naħa l-oħra.
Din il-lukanda ser ikollha missjoni doppja -li tipprovdi għall-attivitajiet ta’ Cruise Liners, kif ukoll tal-konferenzi internazzjonali organizzati f’Dar il-Mediterran. Id-disinn tal-lukanda l-gdida jsir b’mod li jerġa’ jġib fid-deher u jippermetti l-iskavar tas-sit fejn kien hemm il-Kappella tal-Għadam u ċ-Ċimiterju qrib dik li kienet is-Sagra Infermerija.
L-istess kumitat, flimkien mal-Korporazzjonigħar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir qed jistudjaw ukoll il-possibilità li japplikaw għall-fondi tal-EU għal dan il-proġett.
L-għan prinċipali ta’ dawn il-proġetti hu litkompli r-riġenerazzjoni tal-Belt u bis-saħħa ta’ dawn il-progetti u oħrajn li għaddejjin, il-Belt Valletta tingħata l-ħajja minn Bieb il-Belt sa Sant Iermu.
Il-Gvern qed jimxi bil-għaqal u qed jinvestif’mument fejn id-dinja għaddejja minn kriżi finazjarja u t-turiżmu hu baxx. Dan l-investiment ikun żgur ta’ attrazzjoni ġdida għat-turist u proġetti għall-familja Maltija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow