XOGĦLIJIET MILL-KUNSILLI LOKALI TAL-ĦAMRUN
PR0230
13/02/2009
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, Chris Said, żar xogħlijiet li qed isiru mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fuq is-sit magħruf bħala “Is-Suq l-Antik” fi Triq id-Duka ta’ Edinburgh fl-istess lokalita’. |
| Ix-xogħol li qed isir huwa | fuq proġett li jinkorpora parkeġġ li jesa’ madwar 160 vettura, ġnien pubbliku u uffiċċji amministrattivi ġodda għall-Kunsill Lokali tal-Ħamrun. |
| Chris Said faħħar l-inizjattiva | tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u qal li dan il-Kunsill imbarka fuq proġett ambizzjuż. Is-Segretarju Parlamentari ddeskriva l-proġett bħala investiment fil-komunità Ħamruniża u fl-ambjent tal-lokalita’. |
| Is-Segretarju Parlamentari | spjega kif il-proġett jaderixxi mal-kunċett ta’ sostennibilita’ fil-lokalitajiet tagħna. Huwa qal li l-parkeġġ se jnaqqas il-problema tat-traffiku u l-parkeġġ fil-Ħamrun u għalhekk se jkun qed jgħin lill-ambjent u lill-komunita’ kummerċjali. Barra minn hekk, il-proġett se jirriabilita sit li m’għadux jintuża, il-post se jissebbaħ permezz ta’ ġnien pubbliku, u l-proġett se jkun wieħed li jiffinanzja lilu nnifsu. |
| Chris Said faħħar ukoll l-inizjattiva | tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun li se jara li l-finishings tal-proġett ikunu jinkludu elementi ta’ użu ta’ enerġija alternattiva u effiċjenti. Dan jaqbel ħafna mat-tnedija tal-kampanja Switch li għandha l-iskop li kulħadd jibda jagħmel użu aktar effiċjenti tal-enerġija. |
| Biex qed isir dan il-proġett | il-Gvern ta l-art lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun b’devoluzzjoni li saret fl-2008. Chris Said qal li dan sar għax il-Gvern jemmen li l-Kunsill Lokali jista’ jagħmel l-aħjar użu mis-sit għall-benefiċċju tar-residenti tal-Ħamrun. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984