DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, WAQT IT-TNEDIJA TAL-PONT TAL-BREAKWATER FIL-PORT IL-KBIR – VALLETTA - 13 TA’ FRAR 2009
PR0227
13/02/2009
| Fl-2007, il-Gvern kien ħabbar il-viżjoni tiegħu | għall-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett, fejn ħabbarna numru ta’ inizjattivi li jagħtu ħajja ġdida lill-komunitajiet li jgħixu madwar dawn il-portijiet permezz ta’ riġenerazzjoni ta’ dawn iż-żoni. |
| Forsi ħafna kienu ħadu dik il-viżjoni bħala | wegħda sabiħa ta’ qabel l-elezzjoni, imma dan il-Gvern qed iżomm kelmtu u llum huwa l-kick off tax-xogħol fuq dawn il-proġetti. |
| Dan | it-tieni proġett ..... il-bini mill-ġdid tal-bridge fuq il-breakwater tal-Port il-Kbir se jkun simbolu - “landmark” - tal-bidu minn sensiela ta’ proġetti. Dan se jiswa 2.8 miljun ewro. |
| Bdejna bil-pont tal-Breakwater għax hu | fl-intrata tal-port prinċipali tagħna, u għaldaqstant il-Gvern ħass li l-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ dan il-pont għandu jkun fost l-ewwel proġetti li jseħħ. Proġett ieħor, li se jkun simbolu ta’ dawn il-proġetti ta’ riġenerazzjoni tal-Portijiet, hu l-bini mill-ġdid tal-lighthouse ta’ Sant Iermu. |
| F’dawn l-aħħar 5, 7 snin il-Port il-Kbir reġa’ | ħa l-ħajja bl-eluf ta’ turisti jidħlu kuljum. |
| Kemm | il-pont tal-breakwater kif ukoll il-lighthouse fihom aspett storiku u nostalġiku għall-poplu tagħna .... madanakollu bħal f’kull proġett ieħor, l-aspett nostalġiku għandu jissawwar mal-utilita’ u t-teknoloġija attwali. Ma tkunx realistiku jekk tiċħad iż-żmien u l-bidliet li jġib miegħu. |
| Id-disinn li ntagħżel hu dak tad-Diviżjoni | tax-Xogħlijiet, li hu ‘single span’ peress li l-kolonni ċentrali huma fi stat ħażin. Għalhekk ġie deċiż li l-pont jiġi jserraħ fuq l-‘abutments’ eżistenti, u l-kolonni ċentrali jitħallew biss għal kuntest storiku tagħhom. |
| L-istennija għal dan il-proġett tal-pont ilha | mill-1943 ... meta twaqqa’ fit-tieni gwerra dinjija. |
| L-MMA rijattivaw l-applikazzjoni mal-MEPA li | kien nħareġ lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fil-2002. Huwa mistenni li l-permess joħroġ lejn l-aħħar ta’ Marzu li ġej, biex wara l-MMA tkun tista toħroġ tender għax-xogħlijiet. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew lejn l-aħħar ta’ din is-sena. |
Konklużjoni
| Bħalissa l-Grand Harbour Regeneration | Corporation qed tagħmel studji tax-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru taħt is-Sur tal-Ingliżi u fiż-żona ta’ Santu Rokku, biex b’hekk jiġu riġenerati dawn iż-żoni. Dan ifisser ambjent aħjar, aktar mobilita’ u impjiegi ġodda li jissarfu fi kwalità ta’ ħajja aħjar. |
| Dan | il-proġett huwa wkoll xiedha ta’ l-impenn tal-Gvern li jkompli jwettaq il-proġetti li kienu tħabbru fil-Viżjoni tal-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett. Dan l-aħħar tħabbar il-proġett tal-Heritage Park fil-Barrakka ta’ Fuq. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu varati diversi proġetti oħra. |
| Il-Gvern qed jimxi bil-għaqal u qed jinvesti | f’mument fejn id-dinja għaddejja minn kriżi finazjarja u t-turiżmu hu baxx. Dan l-investiment ikun ta’ attrazzjoni ġdida għat-turist. |
| Fil-proġetti tiegħu, għar-riġenerazzjoni | tal-Portijiet, l-Gvern se jkun qed idaħħal idu fil-but biex iwettaq proġett pubbliku – proġett biex jitgawda mill-familja kollha. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984