STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
PR0222
12/02/2009
Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali jiddiskuti l-effetti tal-vizzji fuq il-familja – il-logħob tal-ażżard
“...jekk il-ħwienet tal-logħob fl-irħula tagħna qed iħaddmu ftit persuni, huma qed ikissru familji sħaħ...”
“...jekk il-ħwienet tal-logħob fl-irħula tagħna mhux ser ikollhom il-kontroll neċesarju mill-awtoritajiet, ser ikun hawn ħafna rovina tal-familji...”
“...jeżistu tfal u żgħażagħ li diġà jkollhom id-djun minħabba l-logħob...”
| “...jien tlift id-dar u kull ma | kelli minħabba d-djun...imma l-faqar mill-użura u l-logħob huwa kbir u jibqa’ moħbi minħabba l-istigma...” |
| Hekk semgħu l-Membri tal-Kumitat | ilbieraħ meta ltaqgħu ma’ xhud li qed tagħmel il-programm sabiex tfieq mid-dipendenza tal-logħob tal-ażżard. Il-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqgħu wkoll mas-Sur Lawrence Bonello, is-Sinj Joyce Cassar u s-Sur Joe Chetcuti minn Caritas-Malta u Fr Emanuel Cordina u s-Sur Noel Xerri minn OASI-Għawdex sabiex jiddiskutu u jifhmu aħjar l-effetti tal-vizzji fuq il-familja. |
| Is-sintomi tad-dipendenza | mil-logħob tal-ażżard tixbah lil dik tal-alkoħol u d-droga. Persuni li jaqgħu vittmi ta’ din id-dipendenza jesperjenzaw l-istess sintomi ta’ min ikun dipendenti minn xi sustanza jew alkoħol. Jekk is-sintomi huma l-istess, anki l-effetti jixxiebhu ħafna, bħal tkissir tal-familja, imġieba anti-soċjali, id-disimpjieg, problemi ta’ saħħa mentali u fiżiċi, problemi ta’ użura u dejn. |
| Filwaqt li ġiet spjegata | r-regolamentazzjoni pjuttost riġida tal-Casinos, ma jistax jingħad l-istess fuq il-ħwienet iż-żgħar li qed ifaqqsu fl-irħula Maltin. Il-professjonisti minn Caritas u OASI irrimarkaw li tinħass il-ħtieġa li l-awtoritajiet iħarsu lejn din is-sitwazzjoni bħala preokkupanti, urġenti u li qed ikollha impatt negattiv fuq il-familji. Huma saħqu għal aktar edukazzjoni favur soċjetà ħielsa mid-dipendenza tal-logħob tal-ażżard. Ir-riċerka turi li l-kambjamenti negattivi li qed iseħħu fil-familji u l-effetti bla ħtija fuq it-tfal, bħal separazzjonijiet, qed iwasslu għall-imġieba ta’ dipendenza għall-vizzji, inkluż il-logħob tal-ażżard. Il-faqar li qed iġġib din id-dipendenza hija moħbija minħabba l-istigma u s-soċjetà trid tifhem aħjar din il-problema. Il-professjonisti appellaw għal aktar investiment fi programmi preventivi u sorveljanza f’postijiet li qegħdin f’riskju. |
| Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor | Edwin Vassallo, President tal-Kumitat, u kienu preżenti l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor David Agius. |
| Il-Kumitat ser jerġa’ jiltaqa’ | ma’ dawn il-professjonisti sabiex jiddiskuti aktar fil-fond is-suġġett. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984