EFFIĊENZA U SERJETÀ FL-UŻU TAL-FONDI EWROPEJ MINN MALTA
| Għal | kuntrarju ta dak li fuqu esprimiet ruħha l-Oppożizzjoni llum, fejn abbażi ta’ nuqqas ta’ għarfien jista’ jidher li qed tipprova tqajjem id-dubji, il-Gvern qed jagħti prova li qed jamministra l-fondi tal-Unjoni Ewropea b’mod tajjeb. |
| Mill-1 ta’ Jannar | 2007 beda l-baġit il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2007 - 2013. B’negozjati li għamel il-Gvern, Malta qed tieħu €855 miljun, flimkien ma’ miljuni oħra li kumpaniji lokali, entitajiet governattivi jew NGOs jistgħu jibbenefikaw minnhom direttament u li ma jiffurmawx parti minn dan il-baġit. Fondi oħra għal Malta jinkludu dawk biex tindirizza l-immigrazzjoni illegali u l-fond ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni. Malta se tkun qed tieħu aktar minn biljun ewro. |
| Bil-ħidma | tal-Gvern u l-uffiċjali tas-Settur Pubbliku involuti, Malta kienet l-ewwel pajjiż mis-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li jagħlaq in-negozjati tekniċi u l-proċess kollu biex ikunu approvati l-programmi mfassla mill-Gvern wara konsultazzjoni wiesa’ ta’ kif dawn il-fondi se jintefqu. |
| Il-Gvern jerġa’ | jfakkar li filwaqt li fil-programm operattiv għal pajjiżna kienu diġà identifikati l-proġetti ewlenin li jridu jitwettqu f’dawn is-seba’ snin, teżisti proċedura li trid tiġi osservata. Dan ifisser li jkun biss fi tmiem il-proġett li l-pajjiż jitlob il-finanzjament allokat lilu. Jagħti l-każ li l-maġġoranza assoluta tal-proġetti approvati huma proġetti infrastrutturali ta’ ċertu daqs u għalhekk hemm ammont ta’ żmien li jrid jgħaddi biex ikunu tlestew. |
| Fost | il-proġetti li diġà ġew approvati, hemm: |
· il-bini mill-ġdid u t-titjib ta’ numru ta’ toroq arterjali;
· proġetti ta’ benefiċċju għall-komunità kummerċjali u s-settur ekonomiku, bħall-espansjoni tal-Kordin Business Incubation Centre u t-tisbiħ tal-industrial estates;
· proġetti li jsaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ, fosthom il-bini u t-tagħmir ta’ Fakultà tal-ICT fl-Università, proġetti fl-MCAST u l-Junior College, u l-espansjoni tal-Iskills and Development Centre tal-ETC; kif ukoll
· proġetti intiżi biex isebbħu lill-pajjiżna, bħat-tisbiħ taż-żoni kostali fil-Qawra u tas-Sliema u r-restawr ta’ fortifikazzjoni storiċi.
| Għal | dawn il-proġetti kollha u aktar, pajjiżna diġà ngħata konferma li l-Unjoni Ewropea permezz tal-fondi tagħha, se tkun qed toħroġ 85% tal-investiment approvat. Il-pajjiż ikollu sa sentejn wara t-tmiem tal-proġett biex jagħmel użu mill-fondi allokati lilu. U għalhekk il-fondi mill-Unjoni Ewropea ma jiġux mal-bidu tal-proġett, iżda jkun jiddependi minn kemm idum għaddej il-proġett. |
| Il-konferma li pajjiżna kapaċi u qed jagħmel | l-aqwa użu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea ngħata mill-Unjoni Ewropea stess, li kkonfermat li Malta kienet l-aktar pajjiż li assorbit fondi mill-Unjoni Ewropea bejn l-2004 u l-2006 b'medja ta' 91% tal-fondi allokati. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984