Inawgurat il-wiċċ sintetiku ġdid tal-Mellieħa Football Ground
PR0206
10/02/2009
| “L-investiment fil-faċilitajiet sportivi huwa | investiment f’uliedna.” |
| Dan | qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt l-inawgurazzjoni tal-immodernizzar tal-Mellieħa Football Ground li jinkludi wiċċ sintetiku u sistema ta’ dwal ġodda. Proġett li sar b’investimenti ta’ €375,000. |
| Clyde Puli qal li biex titwettaq il-viżjoni ta’ | kultura sportiva fost il-poplu jeħtieġ li jkun hemm investiment fil-faċilitajiet eżistenti kif ukoll faċilitajiet ġodda. Huwa għalhekk, sostna s-Segretarju Parlamentari, li l-Gvern ser ikun qed jinvesti €1.2 miljun fit-tħaddim tal-kumplessi li jaqgħu taħtu, filwaqt li jlesti tliet proġetti kapitali ġodda b’valur ta’ €3,300,000. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-ground | ser ikun qed jintuża waqt il-ħin tal-iskola mill-istudenti tal-iskola Primarja Marija Bambina kif ukoll mill-għaqdiet sportivi fi ħdan il-Mellieħa Sports Club wara l-ħin ta’ l-iskola. |
| Hu | kompla jgħid li bħalissa l-gvern għaddej bi proċess biex il-faċilitajiet sportivi li jinsabu fl-iskejjel mhux biss jitgawdew mill-istudenti waqt il-ħin ta’ l-iskola iżda wkoll mill-għaqdiet sportivi, l-atleti u l-komunità wara l-ħin ta’ l-iskola. |
| Clyde Puli qal li l-proġett li qed ikun | inawgurat illum kien possibli wara investiment tal-Gvern li jlaħħaq għal €275,000 u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ħareġ somma ta’ aktar minn €100,000. Hu awgura li permezz ta’ dan il-proġett aktar residenti Mellieħin jersqu lejn l-isport. |
| Clyde Puli qal li bl-għan li aktar żgħażagħ | femminili jkunu qed jipparteċipaw f’attività sportiva u eżerċizzju fiżiku, fil-ġimgħat li ġejjin ser ikun mniedi programm ta’ Girls on the Move fil-lokalità tal-Mellieħa. Dan il-programm ser ikun qed isir fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. |
| Is-Sindku tal-Mellieħa Robert Cutajar qal li | permezz ta’ dan il-ground ser tkun qed tgawdi l-komunità Mellieħija kollha. Huwa semma kif permezz ta’ dan il-kumpless sportiv il-komunità sportiva Mellieħija għanda post tal-ogħla kwalità fejn tistà tiprattika l-isport. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984