Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR0197
Date Icon 09/02/2009
THEDDIDA TA’ STRAJKMILL-ASSOĊJAZZJONI TAT-TRASPORT PUBBLIKU
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni rċieva ultimatum u theddida ta’ strajk mill-President ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
It-theddida ta’ strajk ġejja mill-fatt lil-Gvern m’hux iħallas sussidju għall-ġranet f’Lulju 2008 meta l-karozzi tal-linja ma ħadmux għax kienu fuq strajk.
Skond il-ftehim bejn il-Gvern u l-ATP, il-Gvernjigarantixxi lis-sidien tal-karozzi tal-linja livell minimu ta’ dħul matul is-sena. B’din il-garanzija meta jonqsu l-passiġġieri tat-trasport pubbliku, jiżdied is-sussidju li jħallas il-Gvern.
Matul ġranet ta’ strajk, is-servizz ta’ trasportpubbliku jkun wieqaf u ma jiġborx flus mingħand il-passiġġieri. Għalhekk teoretikament il-Gvern ikollu jħallas hu għal kull passiġġieri li ma rikibx tal-linja għax l-ATP irrifjutat li trikkbu għax kienet fuq strajk.  L-ATP ppretendiet li tingħata sussidju għal ġranet li ma ħadmitx.
Meta kienu qed isiru t-taħdidiet biex jintemml-istrajk (nhar is-17 ta’ Lulju 2008), l-ATP qalet li fil-fehma tagħha l-Gvern kellu obbligu kuntrattwali li ma jwaqqafx is-sussidju fil-ġranet ta’ strajk. F’dawk l-iskambji (li kienu qed isiru bil-miktub), il-Gvern, permezz tal-Ministru Austin Gatt, żamm il-pożizzjoni tiegħu u ssuġġerixxa li ż-żewġ partijiet jabqlu li ma jaqblux u fil-każ ikun hemm bżonn il-materja tkun riżolta f’arbitraġġ.  Dan is-suġġeriment ġie aċċettat mill-ATP tant li immedjatament tneħħa l-istrajk.
Issa l-ATP qed tgħid li l-Gvern għandu l-ewweliħallsilha s-sussidju ta’ meta strajkjat, imbagħad wara, jekk irid, ikun il-Gvern li jieħu ‘l-ATP għall-arbitraġġ. L-ATP qed tgħid li jekk il-Gvern ma jħallashiex ta’ meta strajkjat sas-17 ta’ Frar 2009, terġa’ tordna strajk ieħor.
Il-Gvern jikkonferma li waqt li joqgħod għalkwalunkwe deċiżjoni taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ, mhux lest li joqgħod għal rikatti li huma intiżi biex ibiddlu ftehim ċar li kien intlaħaq u li qed jiġi ppubblikat.   Ovvjament, kemm-il darba l-ATP tagħmel ta’ rasha u tordna strajk ieħor, il-Gvern jerġa’ jżomm is-sussidju għall-ġranet tal-istrajk.

pr0197 pdf file

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow