Left arrow Go Back

SERATA MUŻIKO-LETTERARJA FL-IMĠARR

PR0196
Date Icon 09/02/2009
Il-Ħadd 8 ta’ Frar ġie ċelebrat Jum l-Imġarr biprogramm varjat li kien jinkludi l-għoti tal-Unur Rikonoxximent u l-Unur Ġieħ l-Imġarr waqt Serata Mużiko-Letterarja fl-skola primarja tal-lokalità.
Din is-serata tiġi organizzata biex jingħatarikonoxximent lill-persuni jew għaqdiet li jkunu ddistingwew ruħhom fis-soċjetà Mġarrija.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said faħħar l-inizjattivi u l-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr.  Hu qal li l-motto tal-lokalità ‘Żghir b’ Qalb Kbira’ verament japplika għal ħidma li twettqet minn dan il-Kunsill fl-aħħar ħmistax-il sena.
Chris Said spejgakif il-Kunsill tal-Imġarr ħadem biex jippreserva s-sbuħija naturali, il-wirt storiku  u l-aspett rurali tal-Imġarr u fl-istess ħin, permezz ta’ diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mat-tradizzjonijiet rurali tal-lokalità, ġibed lejn l-Imġarr eluf ta’ Maltin u turisti.
Is-SegretarjuParlamentari qal li anke l-fatt li l-Kunsill Lokali tal-Imġarr kien qed jirrikonoxxi l-ħidma ta’ numru ta’ persuni mill-lokalità li jaħdmu b’ mod volontarju f’ diversi oqsma huwa turija ta’ kemm il-Kunsill Lokali għandu għal qalbu l-volontarjat u qed jagħmel minn kollox sabiex isaħħaħ dan il-qasam.
Chris Saidinkoragixxa Kunsilli Lokali oħra sabiex jimitaw lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr li waqqaf Kunsill Lokali taż-żgħażagħ iffurmat minn tnax-il żagħzugħ mil-lokalita’. Dan qed jaħdem id f’id mal-Kunsill Lokali u jgħin f’ kull attività u inizjattiva meħuda minn dan tal-aħħar.
Is-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali appella lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr sabiex ikompli jaħdem għall-Imġarrin kollha u jassigura li dawn ikollhom l-aqwa kwalità ta’ ħajja fil-lokalità.
Għal din is-senal-Unur Rikonoxximent ingħata lis-Sinjuri John  Mary Vella u Doris Micallef filwaqt li l-Unur Ġieħ l-Imġarr ingħata lill-Kumitat Knisja Żebbiegħ għal ħidma li wettqu fl-aħħar 30 sena biex il-komunità taz-Żebbiegħ illum għandha knisja mill-isbaħ.
Fis-serata ħadetsehem il-Banda Imperial tal-Mellieħa taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Tonio Borg flimkien mal-korijiet tal-Imġarr “Ilħna Ferrieħa” u “Regina Coeli” taħt id-direzzjoni ta’ Mary Cauchi u s-solisti Pauline Vella, Lucienne Calleja u Josienne Vella.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow