Jitfakkar il-Kompożitur Francesco Azzopardi
PR0189
07/02/2009
| Il-Kunsill Lokali tar-Rabat (Malta) il-bieraħ | fakkar lill-kompozitur Rabti Francesco Azzopardi b’ċerimonja qasira quddiem il-bini ta’ l-istess Kunsill Lokali. F’din iċ-ċerimonja is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, L-Onorevoli Chris Said, flimkien mas-Sindku tar-Rabat Sandro Craus, inawguraw lapida li tfakkar lil dan il-kompożitur prolifiku. |
| Il-lapida tpoġġiet mal-faċċata tal-bini | tal-Kunsill Lokali u dan minħabba l-fatt li Francesco Azzopardi kien jgħix propju ftit metri ‘il bogħod minn dan il-bini. Il-lapida tfakkar il-mitejn anniversarju mill-mewt ta’ Mro Azzopardi. |
| Maestro Franceso Azzopardi kien wieħed mill-aqwa | kompożituri Maltin tas-seklu tmintax u x-xogħolijiet tiegħu infirxu mhux biss f’Malta, iżda wkoll f’diversi bliet oħra Ewropej fosthom Pariġi. Huwa kien ukoll Maestro di Cappella f’diversi knejjes fosthom fil-Katidral tal-Imdina. |
| Dr Said qal li r-Rabat hija lokalita’ mimlija | storja u faħħar l-inizzjattiva tal-Kunsill Lokali tar-Rabat biex ifakkar lil dan ir-Rabti li bil-ħidma tiegħu fil-qasam mużikali għamel ġieħ mhux biss lir-Rabat, iżda lill-pajjiż kollu. Huwa heġġeġ lill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex ikompli bil-ħidma tiegħu sabiex ifakkar lil dawk ir-Rabtin li tant taw lill-pajjiż f’kull qasam tal-ħajja. |
| Wara ċ-ċerimonja tal-kxif tal-lapida ġiet | inawgurata wkoll wirja dwar dan il-kompożitur fil-Mużew ta’ Wignacourt fir-Rabat stess. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984