STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U AFFARIJIET RURALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET
PR0186
06/02/2009
Tkomplija tat-twaqqiegħ tal-Magic Kiosk
| Permezz tad-deċizjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti | Ċivili mogħtija llum filwaqt illi l-Qorti ddegretat illi jkun jista’ jitkompla x-xogħol ta’ twaqqiegħ tal-istabbiliment Magic Kiosk fi Pjazza Sant’Anna, Tas-Sliema, hija nnominat espert tekniku sabiex ix-xogħlijiet jitkomplew u li jitneħħew l-affarijiet mobbli li fadal fl-istabbiliment taħt is-superviżjoni tiegħu. |
| Filwaqt li s-Segretarjat Parlamentari | għall-Erarji Pubblici u Artijiet jilqa’ b’sodisfazzjon din id-deċizjoni, jigi ċċarat li l-espert imqabbad mill-Qorti stabilixxa l-Ġimgħa 13 ta’ Frar 2009 bħala d-data ta’ meta jistgħu jitkomplew ix-xogħlijiet u għalhekk il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jista’ biss ikompli x-xogħol minn dik id-data ‘l quddiem. |
| Qed | isir kull sforz possibbli mid-Dipartimenti kkonċernati biex ix-xogħol jitkompla mingħajr dewmien żejjed u qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex l-inkonvenjent għall-pubbliku ikun l-anqas possibbli. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali jinsab imħejji wkoll biex ġaladarba jitlesta t-twaqqiegħ, jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Pjazza Sant’Anna. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984