Left arrow Go Back

LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA MAL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI (MCESD)

PR0184
Date Icon 06/02/2009
L-abbozz tal-IstrateġijaNazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima li tħejja minn Kumitat ta’ Esperti mwaqqaf mill-Gvern, ġie ppreżentat u diskuss waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li saret dalgħodu.
Għal din il-laqgħa kienupreżenti, fost l-oħrajn, il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Godwin Grima u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Alfred Camilleri.
Matul il-laqgħa, l-imsieħbasoċjali ngħataw prezentazzjoni dwar il-miri li għandu pajjiżna f’miżuri li jindirizzaw it-tibdil fil-klima kif ukoll spjega ta’ kif il-Kumitat li twaqqaf mill-Gvern qed jipproponi li jindirizza dan il-fenomenu, inkluż b’87 proposta konkreta li ġew inklużi fir-rapport li kien ippreżentat dan l-aħħar.
Il-Ministru George Pullicinoappella lill-imsieħba soċjali biex jipparteċipaw fid-diskussjoni għaliex din hi tema ta’ rilevanza ekonomika u soċjali kbira.  Hu qal li t-tibdil fil-klima, jekk indirizzat kif jixraq, joffri wkoll opportunitajiet ta’ xogħol u investiment.  Hu tenna li hemm kunsiderazzjonijiet importanti oħrajn li jridu jitqiesu f’dan id-dibatittu li jrid isir, mhux l-anqas dwar l-importanza tas-sigurta’ fil-ġenerazzjoni u provvista tal-elettriku.
L-imsieħba soċjali jridujifhmu li hemm deċiżjonijiet li pajjiżna jrid jieħu anki biex jara kif jisfrutta r-riżorsi limitati ta’ pajjiżna għal ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa.
Il-Ministru Pullicino żiedjgħid li l-Gvern qed jistenna r-reazzjonijiet dwar dan l-Abbozz ta’ Strateġija biex fi tmiem il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ tmien ġimgħat, il-Gvern ikun jista’ jmur fil-Parlament b’dokument finalizzat li idealment ikun igawdi l-aktar kunsens wiesa’ possibbli.

Intant, ir-rapport tal-Kumitat tal-Esperti jinsab fis-sit www.climatechange.gov.mt fejn wieħed jista’ jagħti wkoll il-kummenti tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow