PUNTI MID-DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAL-GIO POLICY FIL-QASAM TAX-XANDIR
Ir-raġunijiet għalxiex ġiet imfassla din il-Policy:
Digitali vs Analogue
Bħalissa l-programmi televiżivi qegħdin jixxandru fuq żewġ teknoloġiji terrestri differenti (jigifieri jinqabdu bl-erjal). Dawn it-teknologiji huma d-digitali u l-analogue. Din tal-aħħar trid tispiċċa għaliex m’hijiex effiċjenti. Jiġifieri, it-trasmissjonijiet li bħalissa jinqabdu mingħajr ħlas qegħdin jużaw teknologija analogika.
Vantaggi tad-Digitali
Il-vantaggi tat-trasmissjoni diġitali: tiflaħ ferm aktar stazzjonijiet fuq frekwenza waħda. Barra minn dan, id-digitali għandu potenzjal għall-interattività kif ukoll il-High Definition.
Effiċjenza fl-użu tal-frekwenzi
Il-Gvern għandu dover sagrosant li jiżgura l-użu ta’ frekwenzi b’mod l-aktar effiċjenti u li għaldaqstant jippromwovi t-teknologiji li kapaċi jiżguraw din l-effiċjenza. Iżda l-ġibda għall-effiċjenza llum ġejja primarjament mis-settur innifsu hekk kif id-domanda għall-frekwenzi tiżdied. Il-migrazzjoni għat-teknoloġija diġitali hija għaldaqstant inevitabbli.
Data tat-tifi tal-Analogue
Ta’ min wieħed jgħid li din il-migrazzjoni lejn id-diġitali qiegħda tiġi wkoll ko-ordinata mill-UE b’din tal-aħħar tħabbar data finali għat-transizzjoni kompluta lejn id-diġitali. Din id-data hija l-1 ta’ Jannar 2012. Sadanittant Malta għażlet l-aħħar ta’ Diċembru 2010, jiġifieri sena qabel id-data tal-UE. Aħna nemmnu li din id-data nistgħu nilħquha.
Cable mhux milqut
| Il-Gvern qed jirsisti biex issir il-migrazzjoni | lejn teknoloġija diġitali li għandhom x’jaqsmu ma’ ‘networks’ terrestri u mhux tal-Cable. Fil-każ ta’ dawn tal-aħħar m’hemmx frekwenzi involuti u għadaqstant ma kienx hemm lok li norbtu cable networks b’ċerti ħtiġijiet. |
| Kompetizzjoni tmexxi t-transizzjoni diġitali | fin-networks kummerċjali |
| Minkejja li l-Cable ma kienx obbligat | jaqleb għad-diġitali, wieħed jinnota b’sodisfazzjon li dan qaleb waħdu biex, fost oħrajn ikun jista’ jikkompeti man-network diġitali terrestri l-ġdida. |
| Hawn wieħed jista’ jara prova oħra , jekk qatt | kien hemm bżonn, tal-benefiċċji li ġġib magħha l-kompetizzjoni. Iż-żewġ networks kummerċjali qegħdin imexxu t-transizzjoni lejn id-diġitali b’ritmu mgħaġġel tant li fi żmien sentejn in-numru ta’ abbonati taż-żewġ operatori (meħudin f’daqqa) li qiegħed fuq sistema diġitali, qabeż il-ħamsin fil-mija. |
| Il-politika tal-Gvern f’dan is-settur, dik li | tiżra l-kompetizzjoni bejn networks kummerċjali, mhux talli ġiebet l-għażla iżda talli ffaċilitat il-migrazzjoni mgħaġġla lejn id-diġitali mingħajr l-intervent tal-Gvern. |
| Nissalvagwardjaw il-kunċett ta’ ‘free to air’ | fid-diġitali wkoll |
| Pero’ dawn l-izviluppi m’humiex | ta’ benefiċċju lit-telespettaturi li m’humiex abbonati ma’ ebda network. Ma ninsewx li x-xandiriet Maltin li jinqabdu mingħajr ħlas jixxandru permezz tat-teknoloġija analogue u għalhekk iridu jintfew fi tmiem l-2010. |
| U dan huwa punt fondamentali li | ttrattajna f’din il-‘policy’, jigifieri kif it-telespettaturi Maltin jistgħu jibqgħu jgawdu dan id-dritt wara din id-data. Hemm il-ħtieġa li dan id-dritt jibqa’ salvagwardat (u hawnhekk qed nirreferi għall-istazzjonijiet Maltin mhux għal dawk li jinqabdu minn barra l-pajjiz u li m’għandna l-ebda kontroll fuqhom.) Irridu fuq kollox niżguraw lil dan id-dritt jibqa’ jitgawda bl-anqas problemi u spejjeż possibbli. |
| Spejjeż u xogħol | għat-telespettatur |
| X’se jfisser dan | għat-telespettaturi? X’se ġġib magħha l-bidla għad-diġitali? Fir-realtà kulma tinvolvi hija li tinxtara kaxxa apposta (set-top box) li wieħed jista’ jipplaggja fis-sett tat-TV. Jista’ jagħti l-każ ukoll, fil-każ ta’ mudelli reċenti ta’ tv li dawn diġà mgħammra bi ‘tuner’ diġitali u f’dan il-każ lanqas biss hemm bżonn tal-kaxxa. |
| Kemm tista’ tiġi l-ispiża ta’ | kaxxa? Jekk wieħed jara l-prezzijiet ta’ ‘set top boxes’ basiċi f’pajjiżi bħall-Italja u l-Ingilterra, dawn iduru madwar Ewro 30. Kif semmejt l-istallazzjoni hija waħda sempliċi. Il-gvern beħsiebu, madanakollu, jniedi kampanja informattiva biex jiffaċilita t-transizzjoni ta’ dawn il-madwar 17% tal-familji Maltin. |
| Il-migrazzjoni | mill-perspettiva tax-xandara |
| Wieħed għaldaqstant jista’ jgħid | li għat-telespettaturi m’għandux ikun hemm bidliet kbar. Mill-banda l-oħra dawn il-bidliet ser ikunu sinifikattivi għax-xandara Maltin għaliex dawn mhux ser jibqgħu jxandru min-networks tagħhom stess. Dan huwa dovut għall-effiċjenza tat-teknoloġija diġitali li tippermetti li numru ta’ stazzjonijiet jistgħu jinġarru fuq frekwenza waħda. Dan ifisser li, għal ħtiġijiet ta’ effiċjenza, xi entita’ trid tagħmilha ta’ operatur tan-network għan-nom tax-xandara kollha. |
Konkluzjoni
Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-Gvern permezz tal-MCA u BA ser ikun qed jaħdem bis-sħiħ biex jinforma lill-pubbliku dwar il-bidla li ġejja u x’irid isir biex din iseħħ. Ser niżguraw ruħna li l-komponenti kollha ta’ din il-migrazzjoni jseħħu fiż-żminijiet li jiġu stabbiliti biex sa tmiem l-2010 Malta tkun qalbet diġitali b’mod totali.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984