AVVIŻ MID-DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR U TAL-KOMPETIZZJONI
PR0179
06/02/2009
| Id-Diviżjoni | tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tixtieq tinforma lill-pubbliku in ġenerali li r-reklam u l-promozzjoni tas-servizz ġdid ta’ telefonija mobbli tal-Melita plc jista’ jidher li fih elementi li jistgħu potenzjalment iqarrqu bil-konsumatur. |
| Ir-reklami jgħidu li | r-rati huma “Sa 30% orħos” (“Up to 30% cheaper”). Is-sitwazzjoni li minuta sħiħa għandha titħallas għal telefonata anki ta’ ftit sekondi li ssir fl-ewwel minuta tidher li tagħti lok għall-konfuzjoni għall-konsumaturi. Dan jista’ eventwalment igiegħel lill-konsumatur jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma jieħux f’ċirkostanzi oħra. |
| In-nota stampata | b’ittri zgħar “Calls are on a per second basis after the first minute” ma tidhirx ċara biżżejjed sabiex il-konsumatur medju jieħu deċiżjoni informata. Id-Diviżjoni attwalment qiegħda tagħmel investigazzjoni f’dan ir-rigward. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984