Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT JIBDA ŻJARA UFFIĊJALI FL-IMĠARR

PR0178
Date Icon 05/02/2009
“Inħarsu ’l quddiemb’entużjażmu għal dak li nistgħu nagħmlu fil-futur għall-ġid komuni”  stqarr il-President Eddie Fenech Adami meta, akkumpanjat mis-Sindku Paul Vella, beda żjara uffiċjali fl-Imġarr fejn iltaqa’ mal-mitejn u ħamsin student tal-Iskola Primarja Mġarr, Kulleġġ San Nikola.
Hu u dieħel fl-iskolafir-raħal pittoresk, numru sabiħ ta’ studenti ċkejknin tal-kindergarten laqgħuh bi bnadar Maltin.  Wara segwa programm ta’ kant u filmati fuq il-ħajja u s-servizzi varji edukattivi mħejjin apposta mill-istudenti u l-għalliema.
Il-President qal likien ta’ pjaċir għalih li fi żjarat bħal dawn jara l-livell għoli li laħqet l-edukazzjoni f’pajjiżna fejn it-taħriġ fl-iskejjel iservi biex l-istudenti jiżviluppaw il-karattru u l-kapaċitajiet tagħhom.
Il-President FenechAdami sostna illi ż-żmien tal-iskola huwa żmien importanti sabiex miċ-ċokon inkunu nafu l-għeruq tagħna u min aħna bħala Maltin.  Hawnhekk irringrazzja lill-għalliema għad-dedikazzjoni tagħhom fit-taħriġ u ħeġġeġ li titkompla l-għożża tal-valuri tradizzjonali.
Filgħaxijal-President iltaqa’ mal-għaqdiet volontarji fejn sema’ fuq ħidmiethom fil-qasam soċjali, kulturali, sportiv u ambjentali. Il-President qal li fir-raħal qegħdin dejjem jiżdiedu għaqdiet ġodda, “is-sinsla għall-ġid komuni fil-villaġġ”.
Nhar il-Ħadd, il-Presidentflimkien mas-Sinjura Fenech Adami jkomplu ż-żjara tagħhom fl-Imġarr meta ser jiltaqgħu mar-residenti tal-Imġarr.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow