Left arrow Go Back

PROPRJETÀ PUBBLIKA TITGAWDA DEJJEM IKTAR MILL-PUBBLIKU

PR0176
Date Icon 05/02/2009
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari għall-ErarjiPubbliċi u Artijiet, Jason Azzopardi, żar tliet siti illi fil-passat kienu mgħoddija lill-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA), u li llum jitgawdew mill-pubbliku fl-istat oriġinali tagħhom.  Dawn it-tliet siti fin-Nofsinhar ta’ Malta huma Bieb is-Sultan, illi għadda għand il-FWA fis-sena 2000, il-Forti Rinella, li għadda għand il-FWA fl-1991 u t-Torri tax-Xgħajra, illi ilu f’idejn il-FWA mill-1998.
Jason Azzopardi qal illi kull wieħed minn dawnis-siti huwa prova ċara li l-Gvern jemmen fl-organizzazzjonijiet non-governattivi.  F'iktar minn okkażjoni waħda, il-Gvern dan urieh billi wera fiduċja f'NGOs, u entitajiet simili, u għaddielhom artijiet jew proprjetà biex dawn jiġu żviluppati fi proġetti li tgawdi minnhom il-komunità.
Qabel ma għaddew għand il-Fondazzjoni Wirt Artnadawn is-siti kienu mitluqin u abbandunati.  Fihom kien jinżamm scrap u skart, filwaqt li Bieb is-Sultan kien jintuża minn squatters.  It-Torri tax-Xgħajra kien fi stat ħażin ħafna ta’ manutenzjoni, u kellu bżonn intervent ta' restawr estensiv.
Jason Azzopardi qal illi siti bħal dawn humaperli fil-kullana twila ta’ politika ta’ devoluzzjonijiet illi l-Gvern jemmen fiha. Il-ġimgħa li għaddiet, b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, kif ukoll mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, is-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet għadda f'idejn l-istess FWA, l-ikbar medda art tal-Gvern biex tiddawwar fl-ewwel Heritage Park fil-Belt Valletta.
Il-Kultura u l-Wirt storiku m'humiex l-uniċiraġunijiet għaliex il-Gvern jgħaddi art.  Jason Azzopardi qal illi iktar proprjetà hija fil-proċess illi tiġi devoluta lil entitajiet u organizzazzjonijiet għal skopijiet li jgawdi minnhom il-pubbliku.  Dan jinkludi ukoll proprjetà fil-Belt Valletta illi ġiet identifikata bħala s-sit illi minnu ser jibda jitħaddem il-Breast Screening Programme.  Fil-futur qarib ser tgħaddi iktar proprjetà lill-Kunsilli Lokali fosthom tal-Għarb u l-Munxar f’Għawdex biex isiru Ċentru Ċiviku u ġnien pubbliku rispettivament, kif ukoll proprjetà fl-Isla lill-Mission Fund u proprjetà f’Raħal Ġdid lill-Girl Guides tal-lokal.
Fil-każi kollha joħrog biċ-ċar kemm dan il-Gvernhuwa kommess illi jagħmel użu dejjem aħjar tal-assi tiegħu, tar-rizorsi li diġà għandu, użu dejjem iktar razzjonali tal-art.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow