ĦIDMA B’RIŻQ L-AMBJENT RURALI U URBAN F’GĦAWDEX
PR0167
04/02/2009
| Is-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna | Pubbliċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex għandha l-għan li tgħin biex jiġi msebbaħ l-ambjent urban u rurali permezz ta’ xtieli, siġar u pjanti f’postijiet pubbliċi f’Għawdex. |
| Wieħed mill-proġetti ewlenin, jinkludi ħidma li | qed issir fin-nursery tad-Dawwara fir-Rabat, bil-għan li dan il-ġnien jingħata aspett aktar attraenti. Qed jitkabbru wkoll xtieli u pjanti li jkunu jistgħu jitħawlu f’postijiet bħal roundabouts, fil-ġnub tat-toroq kif ukoll f’inħawi rurali. Din il-ħidma tinkludi fost l-oħrajn tindif, passaġġi ġodda, refurbishment tas-serer, fencing ġdid madwar in-nursery, kif ukoll bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ li waqgħu matul iż-żmien. Dan huwa parti minn programm ta’ ħidma kontinwa tal-Ministeru għal Għawdex bil-għan li jissebbaħ aktar l-ambjent ta’ madwarna, kemm dak rurali kif ukoll dak urban. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna | Debono setgħet tara x-xogħol li għaddej waqt żjara li għamlet f’din in-nursery ornamentali. Il-Ministru Debono qalet li l-impenn tal-gvern huwa li jkompli jsebbaħ l-ambjent. Żgur li l-pjanti u s-siġar huma mezz bażiku li jgħin biex jiġi milħuq dan il-għan. Il-Ministru għal Għawdex qalet li l-ambjent rurali u urban tal-gżira huwa parti ewlenija mill-karatteristiċi tal-gżira ta’ Għawdex. Huwa għalhekk importanti li żoni bħal dawn jingħataw attenzjoni kontinwa biex b’hekk iżidu mal-attrazzjonijiet naturali u kulturali tal-gżira. |
| Is-Sur Joseph Bonello, Principal Agricultural | Officer fis-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi, qal li x-xogħol ta’ din is-sezzjoni jinkludu programm għall-proġettazzjoni ta’ afforestazzjoni fi spazji miftuħa għar-rekreazzjoni tal-familji, aktar propagazzjoni ta’ speċi endemiċi u indiġeni li qed isiru rari, tkabbir ta’ fjuri u pjanti fin-nurseries li mbagħad jitħawwlu fir-roundabouts u soft areas, żbir ta’ siġar, tisbiħ tat-toroq kif ukoll landscaping. Bħalissa għaddej ukoll xogħol fuq ir-roundabouts u central-strips fil-limiti ta’ San Anard, fejn inżabru siġar u nħartet l-art biex issa jitħawlu l-pjanti. Ix-xita li għamlet dan l-aħħar tawlet xi ftit il-proċess minħabba li x-xtieli ma setgħux jiġu mħawla kif kien pjanat. |
| Matul is-sena 2008, irdoppja n-numru ta’ speċi | endemiċi u indiġeni li ġew imxettla fin-nurseries f’Għawdexu li ħafna minnhom huma rari. Barra minn hekk, kważi rdoppja wkoll l-għadd ta’ pjanti staġjonali mxettla din is-sena, meta mqabbla ma’ dawk tas-sena l-oħra. |
| Is-Sezzjoni | tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi (Taqsima Agrikoltura) tieħu ħsieb ukoll in-nursery Tal-Ħlewwa f’Ta’ Kerċem, l-Afforestazzjoni u l-Ġonna ta’ Villa Rundle fir-Rabat, u l-ġonna tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Din is-sezzjoni hija wkoll responsabbli mill-manutenzjoni ta’ numru ta’ ġonna pubbliċi fosthom il-ġonna ta’ Villa Rundle, Ulysses Grove fix-Xewkija, u Papa Ġwanni XXIII fl-Imġarr. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984