RAPPORT DWAR IL-ĦIDMA U L-ATTIVITAJIET TAL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA 2008
PR0160
02/02/2009
| L-Awditur Ġenerali ppreżenta | lid-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, l-Onor. Carmelo Abela, MP, ir-Rapport Annwali dwar il-Ħidma u l-Attivitajiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għas-sena 2008. |
| Ir-Rapport jibda billi jagħmel | referenza għall-ġurament tal-ħatra li ħadu l-Awditur Ġenerali u d-Deputat tiegħu fis-7 t’ Awwissu 2008. Ir-rapport jiddeskrivi r-rwol tal-Uffiċċju u d-diversi tipi ta’ xogħlijiet ta’ verifika li jsiru. Dawn huma relatati sew ma’ verifika ta’ regolarità, verifika fuq l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija ta’ ċerti attivitajiet governattivi, inkjesti, kif ukoll verifika ta’ natura ta’ Teknoloġija Informatika. |
| Ir-Rapport jiddeskrivi | r-relazzjonijiet li għandu ma’ żewġ Kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Dawn huma l-Kumitat Permanenti Dwar il-Fondi Pubbliċi, li fis-seduti tiegħu jiġu ġeneralment diskussi punti mqajma fir-Rapporti tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika; kif ukoll il-Kumitat tal-Kontijiet dwar dan l-istess Uffiċċju. Dan jiddiskuti l-kontijiet tal-Uffiċċju, li jkunu ġew verifikati mill-awdituri privati mqabbda mill-Kumitat, kif ukoll l-Estimi tal-fondi li l-Awditur Ġenerali jħoss li jkollu bżonn biex jilħaq il-mandat tiegħu. |
| Hemm referenza wkoll | għall-Kodiċi ta’ Etika tal-NAO u l-linji ta’ gwida li bihom il-membri tal-Uffiċċju jwettqu l-ħidma tagħhom u jkunu obbligati jsegwu. Hemm dettalji wkoll dwar l-istruttura tal-organizzazzjoni tal-NAO, u jħares lejn l-iżvilupp li kien hemm f’dak li huwa reklutaġġ tal-istaff, kwalifiki, u l-attivitajiet ta’ taħriġ li saru lokalment. |
| Ir-relazzjonijiet | internazzjonali ma’ Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Verifika, inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u organizzazzjonijiet oħra barranin huma wkoll spjegati fid-dettall. Ir-Rapport fih ukoll informazzjoni dwar laqgħat li fihom ipparteċipaw impjegati tal-Uffiċċju barra minn Malta biex ikunu jistgħu jsaħħu l-kompetenzi professjonali tagħhom. Hemm ukoll aċċenn għall-parteċipazzjoni f’kumitati barranin dwar suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-verifika. |
| L-Awditur Ġenerali jikkonkludi | billi jagħmel referenza għall-bidliet li qed isiru mill-Uffiċċju, għall-isfidi li qed jiltaqa’ magħhom, kif ukoll l-intenzjoni li jkompli jsaħħaħ l-attivitajiet u x-xogħlijiet tal-Uffiċċju. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984