L-ARKIVJU NAZZJONALI PARTEĊIPANT FIL-PROĠETT EWROPEW APENET
PR0159
02/02/2009
| F’laqgħa li saret nhar it-28 ta’ Jannar 2009 fi | Brussell, tnieda l-proġett APENET. |
| L-iskop ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi | liċ-ċittadini Ewropej, awtoritajiet pubbliċi u entitajiet oħra, b’għodda ċentrali u effiċjenti sabiex jiskopru r-rikezza tal-arkivji Ewropej. Dan ser ikun jista’ jsir kemm jekk inti tgħix f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea u kemm jekk le. Għalkemm dan il-proġett inħoloq indipendentament minn, u qabel dak imsemmi Europeana, ser ikun hemm ċerta ħidmiet u riżultati komuni bejn it-tnejn. Dan japplika wkoll għal portali oħra Ewropej bħal Michael u QVIZ. |
| Il-ħidma fuq is-sottomissjoni ta’ dan il-proġett | ilha sejra numru ta’ snin u saret bejn tnax-il arkivju nazzjonali fosthom dak Malti. Il-fondi huma taħt il-proġett Ewropew e-contentplus. |
| Taħt dan il-proġett Malta ser | tieħu ammont ta’ fondi mifruxa fuq tliet snin sabiex tipparteċipa f’konsorzju bil-għan li jiffaċilita l-aċċess għall-arkivji. L-intenzjoni hi li l-ammont kbir ta’ katalgi ta’ arkivji differenti jiġu standardizzati u integrati b’mod diġitali, sabiex wieħed ikun jista’ jfittex fihom minn lok wieħed sempliċiment permezz ta’ kompjuter u aċċess għall-internet. |
| L-imsieħba f’dan il-proġett huma l-Archivos | Estatales ta’ Spanja, Direction des |
| Archives, Bundesarchiv tal-Ġermanja, l-Arkivju | Nazzjonali ta’ Malta, n-Nationaal Archief tal-Olanda, l-Arkivji Nazzjonali tal-Filandja, l-Polonja, l-Portugal, l-Isvezja, il-Greċja, il-Latvja, is-Slovenja u l-proġett Europeana. |
| Il-ħidma matul l-ewwel sena ser tiffoka fuq | il-ħolqien tad-dehra korporattiva ta’ dan il-proġett kif ukoll il-ħolqien ta’ standards sabiex il-katalgi varji jiġu standardizzati. Rizultati tal-ewwel fażi mistennija jkunu mħabbra waqt il-41 konferenza internazzjonali tal-arkivisti (CITRA) li ser issir f’Malta bejn is-17 u l-21 ta’ Novembru 2009. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984