STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0154
01/02/2009
B’reazzjoni għal kummenti tal-Kap tal-Opposizzjoni –
| Il-Kap tal-Opposizzjoni reġa kkonferma li mhux | infurmat dwar l-iżvilluppi kbar u l-investiment massiċċ li għamel il-Gvern fil-qasam tal-imaniġġjar tal-iskart fis-snin li għaddew. |
| Bil-kummenti tieghu il-Kap tal-Opposizzjoni ta | l-akbar vot ta’ sfiduċja fis-sehem u l-parteċipazzjoni tan-nies fl-inizjattivi ta’ riċiklar u separazzjoni tal-iskart. |
| Il-fatti jikkontradixxu lil Kap tal-Opposizzjoni | tant li: |
- Kontra l-parir tal-Partit Laburista mill-2004 ‘l hawn ingħalqu l-miżbliet u ddaħħlu sistemi li jnaqsu l-gassijiet perikoluzi minn dawn is-siti mhux kontrollati;
- Ġew stabbiliti faċilitajiet ta’ enġineered landfills inkluż għal skart problematiku fil-faċilita’ tal-Għallis;
- Gew allokati 30 Miljun Ewro biex tibda t-tieni fażi tar-rijabilitazzjoni sabiex il-miżbliet magħluqa tal-Magħtab, Qortin u Wied Fulija jinbdlu f’parks ghal poplu Malti;
- B’parteċipazzjoni sħiħa ma l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali ddaħħlu skemi għal- ġbir ta’ skart separat fosthom l-iskema “Irriċikla t-Tlieta” u gew installati mijiet ta’ Bring-In-Sites;
· Inbena nceneratur modern fil-Marsa jitratta l-iskart iġġenerat mis-settur tal-qatla tal-annimali, mill-isptarijiet u mill-industrija;
- Kontra parir ukoll tal-Kap tal-Opposizjoni nnifsu ġie mmodernizzat l-impjant ta’ Sant’Antnin b’fondi mill-Unjoni Ewropea, liema fondi Joseph Muscat ghamel hiltu kollha biex iwaqqafhom;
- Nbnew 5 facilitajiet fejn jingabar skart goff u jigi separat;
- Imtlew bosta barrieri bi skart tal-kostruzzjoni li llum qed jintuzaw ghall-biedja.
| Tajjeb wiehed jghid li l-Kummissarju Ewropew, | Stavros Dimas, diġa ta ċertifikat lill-Gvern Malti meta qal “Malta għamlet passi ta’ ġgant fil-qasam tal-immanigjar tal-iskart fl-aħħar snin”. Għalhekk ma nistgħux nifhmu kif il-Kap tal-Opposizzjoni ma huwiex konxju ta’ dan il-progress. Il-Gvern jissuġerixxi li l-Kap tal-Opposizzjoni għandu hu stess jiġi jżur dawn il-faċilitajiet. |
| Fir-rigward tar-reviżjoni tal-istrateġija | tal-immaniġjar tal-iskart, li għada biss abbozz għal konsultazzjoni, l-Gvern jinnota b’sodisfazzjon li l-Kap tal-Opposizzjoni għadu se jwaqqaf kumitat biex jagħtih pariri. Ġaladarba għadu se jwaqqaf kumitat, inħossu li d-diskors dispreġjattiv li l-Kap tal-Opposizzjoni għadda fil-konfront ta’ din l-Istrateġija u l-membri teknici li ħejjewha ġimgħa ilu, kien għal kollox barra minn loku. Kien ikun ħafna aktar matur kieku stenna lill-kumitat li se jwaqqaf hu stess biex jagħtih l-pariri tiegħu qabel ma ikkummenta. |
| Il-Gvern jemmen u jrid konsultazzjoni wiesa, | kemm fuq din l-Istrategija dwar l-Immanigjar tal-Iskart, kif ukoll dwar l-Istrategija Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima. |
| Il-Gvern | huwa, u jibqa, kommess li jkompli jnaqqas l-emissjonijiet, iżid il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u jgħin sabiex tiġi kkonservata l-enerġija. Il-Gvern jinnota wkoll b’sodisfazzjon li dejjem aktar nies qed jagħmlu għazliet favur l-ambjent. Tajjeb wiehed jghid li kien hemm 45,000 applikazzjoni biex tingħata rifużjoni lil min xtara energy efficient appliance, kif ukoll kien hemm 1,352 il-familja li daħħlu solar water heater u ħadu għajnuna mil-gvern taħt l-iskema preċedenti. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984