ROĦS FI PRODOTTI TAŻ-ŻEJT
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni qiegħed iħabbar roħs sostanzjali fil-prezzijiet ta’ prodotti taż-żejt b’effett min-nhar it-Tnejn 2 ta’ Frar 2009. Ir-roħs jirrefletti l-prezzijiet tal-aħħar kunsinni ta’ Light Heating Oil u Thin Fuel Oil li xtrat il-Korporazzjoni Enemalta.
Prodott | Prezz Preċedenti | Press Rivedut | Traħħis |
Light Heating Oil kull litru | €0.770 | €0.650 | (€0.120) |
Thin Fuel Oil 200 kull tunnellata | €422.00 | €349.00 | (€73.00) |
Thin Fuel Oil 450 kull tunellata | €403.00 | €335.00 | (€68.00) |
Thin Fuel Oil 900 kull tunellata | €373.00 | €313.00 | (€60.00) |
Ir-reviżjonijiet huma kif ġej:
Dawn il-prezzijiet jinkludu l-VAT fejn tapplika.
Ir-reviżjoni fil-prezzijiet ma tinkludix iż-żjut mibjugħa mill-pompi. Dan minħabba
li l-Korporazzjoni Enemalta għadha tbigħ mill-aħħar kunsinni li xtrat u li mill-20 ta’ Diċembru li għadda bdew jirriflettu roħs sostanzjali għall-konsumatur.
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984