STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
PR0148
30/01/2009
| Statistika tikkonferma dak li qal il-Gvern | dwar l-eko-riduzzjoni |
| Iċ-ċifri | li ppubblikat illum il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kkonfermaw l-istimi tal-Gvern dwar kemm djar Maltin ser igawdu mill-eko-riduzzjoni. Iċ-ċifri pubblikati juru li mill-kontijiet li ħarġu sa issa, aktar minn 2 minn kull 3 idjar igawdu mill-eko-riduzzjoni. Din l-iskema saret biex il-Gvern jinċentiva l-użu għaqli tal-enerġija u min juża l-enerġija bil-għaqal jingħata roħs fuq il-kont. |
| Għalkemm fl-aħħar ġimgħat kien hemm min ipprova | jagħmel kampanja jew jagħti pariri biex jagħti l-impressjoni li l-maġġoranza ma kintix ser tgawdi minn dan ir-roħs, il-fatti juru l-kontra. |
| Iċ-ċifri ppubblikati mill-Korporazzjoni | għas-Servizzi tal-Ilma jikkonfermaw il-kalkoli li kellu f’idejh il-Gvern li l-maġġoranza tad-djar igawdu mill-eko riduzzjoni. Filwaqt li l-Gvern kien qiegħed jibbaża dak li jgħid fuq il-fatti, il-Partit Laburista kien aktar interessat jivvinta u jfajjar iċ-ċifri bl-addoċċ. |
| Issa li mill-istima li kellu l-Gvern f’Ottubru, | ta’ djar li jgawdu mill-eko-riduzzjoni (73%), ħarġu għexieren ta’ eluf ta’ kontijiet, qed jorħoġ ċar li dak li kien qed jgħid il-Gvern kien korrett tant mill-kontijiet li ħarġu sa issa jirriżulta li 68.3% tad-djar qed igawdu minn roħs fit-tariffi. |
| Min kien qiegħed jgħid mod ieħor hu mistieden | jinnomina awdituri indipendenti u jivverifikaw l-istatistika ippublikata mill-KSI. |
| Il-Gvern ifakkar ukoll li eluf ta’ familji | jgawdu wkoll mill-energy benefit. Din hi għajnuna li tingħata lil individwi u familji li huma l-aktar fil-bżonn. Permezz tal-energy benefit eluf ta’ individwi u familji jgawdu minn tnaqqis fil-kont tal-elettriku. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984