IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO JIEĦU SEHEM F’KONFERENZA TAN-NAZZJONIJIET UNITI DWAR IS-SIGURTA’ TAL-IKEL
PR0146
30/01/2009
| Il-problema dejjem tikber tal-ġuħ fid-dinja u | l-bżonn ta’ azzjoni konkreta u immedjata kienet it-tema ewlenija ta’ laqgħa li saret f’dawn il-jiem f’Madrid, Spanja, fuq inizjattiva tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Gvern Spanjol. Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon u mill-Prim Ministru Spanjol Jose Luis Zapatero. |
| Il-laqgħa serviet bħala | tkomplija tal-laqgħa li kienet saret f’Ġunju li għadda f’Ruma u li kienet fasslet miri u impenn konkret minn pajjiżi differenti f’tentattiv li tkun indirizzata l-problema dejjem tikber tal-ġuħ fid-dinja, speċjalment fil-Kontinent Afrikan, fejn hu stmat li mal-biljun ruħ huma neqsin minn sigurta’ adekwata fil-proviżjoni tal-ikel. |
| Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali | George Pullicino rrappreżenta lil Malta matul din il-konferenza. Hu kien akkumpanjat mill-Ambaxxatriċi ta’ Malta għal Spanja Dr. Tanya Vella. Is-suġġett ta’ sigurta’ fil-provvista tal-ikel huwa ta’ importanza partikolari għal Malta. Ġrajjiet riċenti wrew kif il-prezz tal-ġwież ikollu riperkussjonijiet immedjati f’Malta, fejn l-għoli fil-prezz internazzjonali tal-ġwiez wassal biex inħolqot pressjoni kbira fuq is-settur tat-trobbija tal-annimali f’pajjiżna u l-prodotti li jikkonsma l-konsumatur. |
| Intant, il-laqgħa ta’ Madrid intemmet | b’dikjarazzjoni komuni tal-pajjizi kollha fejn fiha rriaffermaw l-impenn favur aktar sigurta’ fl-ikel, kontra t-tixrid tal-problema tal-ġuħ u tfassal pjan konkret li permezz tiegħu jkun jista’ jiġi mkejjel il-livell ta’ koperazzjoni u suċċess fil-mod ta’ kif qed tiġi indirizzata din il-kwistjoni. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984