Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR TONIO BORG, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, LIL MEMBRI TAL-MEUSAC WAQT IL-CORE GROUP MEETING – VALLETTA - 29 TA` JANNAR 2009

PR0139
Date Icon 30/01/2009
Nixtieq qabel xejn nirringrazzja lill-Kaptal-MEUSAC Dott.Vanni Xuereb tal-istedina li għamilli biex niġi u nagħmel kelmtejn ta’ introduzzjoni fuq il-Programm Leġislattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ghal din is-sena, kif ukoll fuq il-prijoritajiet tal-Presidenza Ċeka għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.
Naħseb li hu ferm opportun u f`waqtu li fil-bidutas-sena issir din id-diskussjoni u bdil ta’ idejat, sabiex flimkien nargħfu x’inhuma dawkl-aspetti li jinterressawna, dawk li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-interess ta’ pajjiżna u fuq kollox, dawk li rridu ngħafsu fuqhom jew li nkomplu ntambru dwarhom.
Hija ħaġa naturali li l-prijoritajiettal-Presidenza Ċeka jorbtu lill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u fl-istess ħin dan tal-aħħar jirrefletti mhux biss ix-xogħol li beda u għadu ma tlestiex, imma wkoll xogħol li jrid jibda. Hekk taħdem l-Unjoni – Unjoni dinamika li tindirrizza l-isfidi ta’ quddiemha bħalma huma l-globalizzazzjoni, l-enerġija, l-ambjent, il-kompetittività u t-theddida tas-sigurtà interna u esterna.
It-Trattat ta’ Lisbona jiġbor fih dawnir-realtajiet u sfidi. L-Ewropa trid tirrikonċilja ir-realtà ekonomika mad-dimensjoni soċjali; l-Ewropa trid tpoġġi l-vuċi tagħha fuq is-suġġetti li qed jikkonfrontawha u li jinterressaw il-futur tal-pjaneta. It-Trattat ta’ Lisbona  jipprepara l-Unjoni għas-Seklu 21, jew aħjar, għall-ewwel kwart ta’ dan is-seklu.
Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri,il-Kunsill Ewropew f’Diċembru li għadda approva pjan ta’ arranġamenti, maqbula bejn kulħadd, li ghandu jwitti t-triq għal soluzzjoni tad-diffikultajiet dwar ir-ratifikazzjoni fl-Irlanda. Jekk dan il-pjan jirnexxi, nkunu nistgħu naddottaw dan it-Trattat, tant neċessarju, biex l-Unjoni ta’ 27 stat membru u li għad trid tikber, tkun tista’ taħdem aktar effiċenti u b’mod effettiv.

Sur Ċermen, 

It-tlett ittri “E” li jirrapreżentaw it-tlettprijoritajiet taħt il-motto ‘L-Ewropa mingħajr barrieri’ (Europe without Barriers) li għażlet il-Presidenza Ċeka, huma sinifikanti mhux daqstant għax jindirrizzaw l-isfidi li għandha l-Unjoni quddiemha bħalissa, imma għax huma deċiżivi għas-suċċess tal-Ewropa fis-Seklu 21.
L-ewwel ittra Etirreferi għall-Ekonomija u kif nistgħu nżidu l-kompettività Ewropea. Huwa importanti li nkomplu naħdmu fuq l-Istrategija ta’ Lisbona u r-riformi strutturali li din ġġib magħha. Huwa importanti, u għalkemm aħna mhux daqstant milqutin, naqblu li nkomplu bil-ħidma tagħna fuq livell Ewropew biex nistabilizzaw is-swieq finanzjarji, nibnu kunfidenza għall-investituri, niġġieldu r-riċessjoni u nixprunaw n-negozjati tal-Organizzazzjoni dwar il-Kummerċ Dinji (WTO) biex nikkonkludu ir-round ta’ Doha.
Ta’ min isemmi li l-Programm ta’ Ħidmatal-Kummissjoni għal din is-sena, li hu intitolat “Naġixxu issa għall-Ewropa aħjar” jorbot ħafna ma’ dan kollu. L-ewwel prijorità ta’ dan il-Programm Leġislattiv u ta’ ħidma, huwa appuntu t-tkabbir ekonomiku u x-xogħol – l-impjiegi.  B’sodisfazzjon ninnotaw li l-Kummissjoni ħa tkompli fil-mixja tagħha biex tnaqqas il-piż amministrativ (administrative burden) u tissimplifika u timmodernizza il-qafas regolatorju bl-aġenda tagħha ta’ Better Regulation. B’sodisfazzjon ukoll ninnotaw ċerti azzjonijiet fil-qasam tal-Patent  - bil-Malti msejjħa privattiva - li ovvjament jilħaq tajjeb l-għanijiet ta’ Malta fil-qasam ta’ investiment fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika.

Sur Ċermen,  

Huwa propizju, meta wieħed jara mil-liema kriżigħaddew ċerti pajjiżi Ewropej, u meta wieħed jara s-suq tal-enerġija dinji, li l-Presidenza Ċeka ssemmi t-tieni ittra E għall-Enerġija. L-isfidi ta’ sigurtà, sostenibilità, kompetittività u diversifikazzjoni fl-enerġija Ewropea jagħmlu pakkett ambizzjuż u komprensiv li hu fuq quddiem nett tal-aġenda kemm tal-Presidenza, kif ukoll mil-lat implimentattiv, tal-Programm tal-Kummissjoni.
F’dan il-kuntest, hu marbut mill-qrib l-isforzital-Ewropa fil-ġlieda kontinwa kontra l-bidla fil-klima. L-Unjoni, fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru li għadda, approvat pakkett dwar l-enerġija u l-bidla fil-klima, liema pakkett hu ta’ importanza ċentrali u strateġika għal Ewropa futura. Il-pakkett jinkludi tliet miri,  hekk msejjħa the three 20s  (it-tliet għoxrinijiet), li jridu jintlaħqu sal-2020 – tnaqqis ta’ 20% (fil-mija) fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, 20% sehem mill-konsum tal-enerġija totali f’enerġija li tiġġedded (renewable energy) u 20% ta’ frankar (ta’ saving) ta’ konsum ta’ enerġija minn titjib fl-effiċenza tal-enerġija.
Il-Gvern Malti innota dawn l-għanijiet ubeħsiebu jagħmel l-almu tiegħu kollu biex dawn il-miri jintlaħqu. Bħala pajjiż gżira fil-periferija tal-Ewropa, l-impatt finanzjarju hu aktar qawwi minn ta’ ħaddieħor, u dan il-punt diġà għamilnih fil-kumitati relevanti, inkluż dawk ministerjali, u ħa nkomplu nisħqu fuqu fix-xhur li ġejjin. Malta taqbel ferm ma’ infrastruttura ta’ interkonnettività Ewropea. Malta għandha x’tibbenefika minn din l-interkonnessjoni. L-istess fejn tidħol id-diversifikazzjoni, Malta tagħraf li l-importanza strateġika tal-Mediterranan li hu kruċjali għall-preokkupazzjoni tal-Ewropa dwar it-totalità tas-sigurtà tal-enerġija Ewropea. Aħna konna u għadna minn ta’ quddiem biex nispjegaw lill-sħabna l-Istati Membri l-importanza ta’ sħabna l-pajjiżi Għarab fejn tidħol l-enerġija. Fl-opinjoni tagħna dan jista’ jservi ta’ pjattaforma biex ikun hemm djalogu aktar wiesgħa mall-pajjiżi tal-Lega Għarbija.
L-enerġija tinsab fil-qalba tal-programm ta’ħidma tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-2009, ir-Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija tal-Kommissjoni ser tistabbilixxi  strateġija globali għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija. Fil-qasam tas-sostenibbiltà, il-Kummissjoni ser tiffoka fuq l-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli. Il-Kummissjoni ser tieħu inizjattivi speċifiċi f’dan ir-rigward li jinkludu ħidma biex il-politika tat-trasport Ewropea tkun aktar ekoloġika, użu sostenibbli tar-riżorsi naturali tal-Ewropa, riforma fil-Politika Komuni tas-Sajd fil-kuntest ta’ Politika Marittima Integrata u Biodiversità u implimentazzjoni ta’ analiżi dwar is-sitwazjoni kif inhi bħalissa fil-Politika Agrigola Komuni.

Sur Ċermen, 

It-tielet ittra Ehi dik li tirreferi għall-Ewropa bħala sieħeb dinji. L-Ewropa m’għandhiex għażla ħlief li terfa’ r-responsabilità  li għandha bħalha l-akbar suq intern fid-dinja, u għaldaqstant saħħa ekonomika qawwija, li ġġib magħha wkoll kontribut politiku internazzjonali qawwi.  Il-kriżi ricenti f’Georgia uriet li l-Unjoni għandha fil-fatt responsabilitajiet politiċi u li dawn tiflaħhom u ġġorhom b’effett kunsiderabbli u b’intervenzjoni f’waqtha.
Aktar minn qatt qabel, l-avvenimenti li ġraw danl-aħħar f’Gaża jitolbu involviment qawwi tal-Unjoni fil-Lvant Nofshani. L-Unjoni ser tkompli taħdem biex il-kontribuzzjoni tagħha tinfluenza pożittivament is-sitwazzjoni preżenti u tipprovdi sors ta’ kuraġġ għall-proċess dwar il-paċi fil-Lvant Nofshani. F’dan il-qasam, Malta qegħda attenta ħafna u tikkontribwixxi mhux bil-ftit fid-diskussjonijiet ministerjali u oħrajn biex ikun hemm soluzzjoni ġusta u aħħarija f’dan ir-reġjun. F’dan ix-xenarju ferm diffiċli, huwa importanti li l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerika tkompli tiżviluppa b’mod konkret speċjalment fil-Quartet.
Malta temmen li hu kruċjali għall-Unjoni biextintensifika l-isforzi tagħha ghar-relazzjonijiet aktar b’saħħithom mad-dinja Gharbija b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ djalogu politiku regolari mal-Lega Għarbija.  Il-Konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Lega Għarbija wara l-andament tal-ewwel Laqgħa Ministerjali li kienet saret f’Malta fi Frar tas-sena l-oħra huma nkorraġġanti. Qed naħdmu ma’ sħabna pajjiżi membri tal-Unjoni u mal-Presidenza Ċeka biex tinżamm it-tieni Laqgħa Ministerjali fl-Eġittu bħala follow-up għall-ewwel laqgħa f’Malta. Ta’ min insemmi hawn, li Malta għandha sodisfazzjon kbir għall-fatt li l-Unjoni qablet li l-Uffiċċju ta’ Koordianment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija ikun mwaqqaf f’Malta. Dan juri l-apprezzament u l-affermazzjoni tal-Unjoni għall-vokazzjoni ta’ Malta f’dan il-qasam.
Malta taqbel u ser issostni l-Presidenza Ċekafejn tidħol il-politika tat-tkabbir. Malta tikkunsidra din il-politika tal-Unjoni bħala element pożittiv għall-futur tal-Ewropa. Il-politika tat-tkabbir hi strument fil-politika barranija tal-Unjoni fejn biha l-Unjoni teżerċita pressjoni ratba fuq il-pajjiżi kandidati u dawk fil-perpspettiva Ewropea,  biex ikomplu bil-ħidma tagħhom favur rispett sħiħ għall-prinċipji demokratiċi, rispett għad-dritiijiet fundamentali tal-bniedem kif ukoll rispett  għall-hekk msejjħa rule of law. Hekk biss tista’ tirrenja l-paċi u s-stabilità, speċjalment fir-reġjun tal-Balkani.
Fuq kollox aħna nemmnu li sakemm ikun hemmrispett sħiħ għall-kriterji ta’ Copenhagen dwar in-negozjati tas-sħubija, it-tkabbir ta’ dawk li bħalissa qegħdin għaddejjin minn negozjati jista’ jkompli jsir, jinkonkludi ruħu u jkun hemm sħubija, indipendentement mill-andament tar-ratifikazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona.
Il’ hemm mill-viċinanza immedjata tagħna, Maltataqbel mal-Presidenza Ċeka kif ukoll tappoġja l-Programm ta’ Ħidma tal-Unjoni biex l-Unjoni tibni relazzjoni b’saħħitha mal-imsieħba ewlenin fosthom l-Istati Uniti, ir-Russja, iċ-Ċina, l-Indja u l-Ġappun, kif ukoll ma’ ekonomiji emerġenti oħrajn bħal Brażil.
Fl-isfond tal-politika tal-kooperazzjonital-iżvilupp (development cooperation), Malta taqbel mal-attenzjoni speċjali li ħa tagħti l-Kummissjoni fuq it-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (Millennium Development Goals).

Sur Ċermen,  

Il-Programm Leġislattiv u ta’ Ħidmatal-Kummissjoni għall-2009 – Naġixxu issa għall-Ewropa Aħjar  - jelenka inizjattivi u azzjonijiet fuq oqsma oħra li nħoss li ta’ min insemmi xi wħud minnhom.
Taħt il-qafas tal-Ewropa qrib iċ-ċittadin,il-Kummissjoni poġġiet kif jixraq iċ-ċittadin Ewropew fil-qalba tal-proġett Ewropew, permezz ta’ politika u azzjonijiet f’oqsma li huma qrib iċ-ċittadin bħad-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza, il-migrazzjoni, il-ġustizzja, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa.  Dawn kollha jiġbru, b’mod jew ieħor l-aspettattiva u  l-indirizz tal- preokkupazzjonijiet taċ-ċittadin Ewropew.
Jekk niehdu l-eżempju ta` Malta, bla dubju ta’xejn l-immigrazzjoni irregolari tibqa’ fuq quddiem tal-ħidma tal-Gvern Malti. B’sodisfazzjon ninnotaw li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex matul l-2009 ikun mwettaq sensiela ta’ għanijiet u prinċipji, bi sħubija mal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni  msejjħa ‘Politika Komuni tal-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji, Azzjonijiet u Għodda’. Hemm impenn ukoll minn naħa tal-Kummissjoni, speċjalment issa fid-dawl tal-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, li matul l-2009 jitwaqqaf Network Ewropew tal-Migrazzjoni, ħolqien ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Ażil, azzjoni komuni fil-qasam tal-politika tar-ritorn u fl-aħħarnett kooperazzjoni  prattika bejn l-Istati Membri u FRONTEX.
Kemm il-prijoritajiet tal-Presidenza Ċeka kifukoll il-Programm Leġislattiv u ta’ Hidma tal-Kummissjoni, anke jekk ikunu ta’ suċċess fihom nfushom, ma jkunux ta’ suċċess komplut jekk dak is-suċċess ma jiġix rreġistrat miċ-ċittadin Ewropew.  Għaldaqstant il-ħtieġa ta’ komunikazzjoni li tkun iffukata fuq riżultati tanġibbli tibqa’ prijorità fiha nfisha. Ikun inutli li ċ-ċittadin ma jifhimnx x’qeda tagħmel l-Ewropa għalih jew għalija u għal generazzjonijiet futuri.

Sur Ċermen, 

L-Unjoni Ewropea ma tistax tagħmel kollox. Lanqas mhi qegħda hemm biex tagħmel kollox. U mhux raġonevoli jekk nitolbuha tagħmel kollox. F’dinja globalizzata, l-aspettattivi taċ-ċittadin Ewropew qegħdin isiru aktar u aktar komuni. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom quddiemhom sfidi komuni, opportunitajiet komuni u problemi komuni.  Għalhekk l-Unjoni tieħu inizjattivi komuni u azzjonijiet komuni. Hi l-fehma tiegħi li f’dan ir-rigward, l-Unjoni trid tagħmel aktar affarijiet kbar u anqas affarijiet ta’ regolamentazzjoni żgħar.  

Nieħu pjaċir ninnota li kemm il-Presidenza Ċeka, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, fil-programmi rispettivi tagħhom għax-xhur li ġejjin, iżommu dan il-prinċipju ħaj. Nawgura kull suċċess, biex flimkien, dak kollu li fi ħsiebna nwettqu, jirrejalizza ruħu. 

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow