IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, L-ONOR. CLYDE PULI, JIPPREŻENTA RIKONOXXIMENTI GĦALL-EĊĊELLENZA FL-ISPORT
PR0127
27/01/2009
| “Il-Gvern huwa kommess li jirrikonoxxi l-impenn, | il-ħidma u s-sagrifiċċji tal-atleti Maltin. Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, is-sena 2008 tibqa’ mfakkra għas-suċċessi miksuba minn diversi atleti lokali.” |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ | u Sport, Clyde Puli waqt li ppreżenta rikonoxximent lil tliet persuni għall-eċċellenza fl-isport għas-sena 2008 kif ukoll b’apprezzament għall-appoġġ lill-isportivi Maltin. |
| Is-South End Core | ġie rikonoxxut għall-appoġġ li jagħti lill-isportivi Maltin. Il-premju f’isem is-South End Core, irċievih Louis Agius li kien ħa l-inizjattiva li jwaqqaf dan il-grupp bl-iskop li jkun hemm sapport organizzat għall-isportivi Maltin. Fost id-dixxiplini sportivi li s-South End Core jissapportja hemm it-tim Malti tal-football u dak tar-rugby. Huma kienu preżenti wkoll waqt il-Comen Cup tal-Waterpolo kif ukoll laqgħu lil Aaron Ciantar mal-wasla tiegħu f’Malta wara li kien inkurunat champion tad-dinja tal-P1 Powerboats. |
| Żewġ rikonoxximenti t’eċċellenza ngħataw lil | żewġ atleti William Chetcuti u Aaron Ciantar, li matul l-2008 għamlu ġieh mhux biss għalihom personali iżda wkoll lil pajjiżna. |
| Wara li kiseb diversi suċċesi | fuq livell nazzjonali, it-tiratur Malti William Chetcuti kompla għaddej bis-suċċessi tiegħu fil-kamp internazzjonali. Huwa ħa sehem u rebaħ diversi midalji kemm fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, Logħob tal-Mediterran, Logħob tal-Commowealth, Kampjonati Ewropej kif ukoll fil-World Junior Championships. William irrappreżenta wkoll lil Malta kemm fl-Olimpijadi f’Ateni fl-2004 u f’Beijing is-sena li għaddiet. F’Beijing, William spiċċa fit-tmien post. Dan ir-riżultat kien l-aħjar wieħed li qatt kiseb atleta Malti f’dan il-logħob. |
| Aaron Ciantar ilu sa minn tfulitu fin-negozju | tad-dgħajjes permezz tal-familja Ciantar. L-ewwel dehra t’Aaron fil-kamp tal-P1 kienet f’Mejju 2004 fejn flimkien ma’ oħtu Audrienne ħa sehem fl-ewwel Grand Prix ta’ Malta. F’Settembru tas-sena li għaddiet, Aaron flimkien mat-Taljan Angelo Tedeschi saru champions tad-dinja fil-kategorija Super Sport tal-P1. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984