Left arrow Go Back

SKEMA GĦAL XIRI TA’ SISTEMI LI JUŻAW SORSI ALTERNATTIVI TAL-ENERĠIJA

PR0124
Date Icon 27/01/2009
Bħala parti mill-impenn tal-Gvern biex itejjebil-kwalità tal-ambjent ta’ pajjiżna kif ukoll biex jappoġġja lill-familji Maltin u Għawdxin fl-użu tagħhom ta’ enerġija nadifa, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, nedew skema li tipprovdi għotja għal xiri ta’ sistemi għal użu domestiku li jnaqqsu l-użu tal-enerġija jew jagħmlu użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, kif ippubblikata fin-Notifikazzjoni tal-Gvern numru 81/09 maħruġa llum fil-Gazzetta tal-Gvern numru 18,372.
Skont kif tħabbar mill-Gvernfil-Baġit għal din is-sena, l-iskema tapplika għal xiri ta’ solar water heaters, pannelli fotovoltajċi, materjal ta’ insulazzjoni għas-sħana tal-bjut jew għal twieqi jew bibien double glazed.

Il-bejjiegħa tas-sistemi li jużaw sorsi alternattivi tal-enerġija għandhom jirreġistraw in-negozju tagħhom fuq formola taħt l-Iskeda IV pubblikata man- Notifikazzjoni tal-Gvern. Il-formola tista’ tinkiseb ukoll mill-website tal-Awtorita ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, www.mra.org.mt. L-applikazzjonijiet irid ikollhom id-dettalji kollha u d-dokumenti meħtieġa skont it-termini tal-iskema.

Is-sistemi jew teknoloġiji li se jinbiegħu permezz tal-Iskema wkoll iridu jkunu reġistrati skond l-Iskeda V tan-Notifikazzjoni tal-Gvern. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-website tal-Awtorita ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, www.mra.org.mt u jridu jimtlew bid-dettalji u magħhom jitwaħħlu d-dokumenti meħtieġa.

L-iskema tapplika għall-infiq li jsir mill-applikant fuq ix-xiri ta’ sistemi mingħand bejjiegħ reġistrat. Ix-xiri jrid isir fi żmien erba’ xhur minn meta tingħata l-ittra tal-offerta. In-nefqa rappurtata mill-applikant tkun il-prezz tax-xiri tas-sistema kif jidher fl-irċevuta fiskali.

L-applikazzjonijiet taħt l-iskema jridu jsiru mill-applikant qabel ix-xiri, fuq formola stabbilita li tinkiseb mill-website tal-Awtorità Maltija dwar ir-Riżorsi, www.mra.org.mt. Huma dawk l-applikazzjonijiet biss li jkunu konformi mal-ħtiġiet kollha tal-iskema li se jkunu eliġibbli għall-ħlas tal-għotja permezz tal-iskema. Dawn imbagħad jingħataw ittra ta’ offerta li tagħti erba’ xhur żmien biex tkun installata s-sistema u jintbagħtu l-aħħar dokumenti.

Skont kif tħabbar fil-Baġit, il-Gvern alloka €2miljun għax-xiri ta’ solar water heaters fejn applikant se jingħata lura żewġ terzi tal-ispejjeż sa massimu ta’ €460.  Hu stmat li se jibbenefikaw madwar 4,500 familja.
Il-Gvern alloka wkoll €500,000 għal skema litfondi 50 fil-mija tal-investiment f’sistemi ta’ ċelloli fotovoltajċi sa massimu ta’ €3,000. Minn dan hu stmat li se jkunu jistgħu jibbenefikaw madwar 200 familja.
Kienu allokati wkoll €300,000 bħala għajnunagħall-insulazzjoni tal-bjut u t-twaħħil ta’ twieqi jew bibien double glazed fid-djar. F’dan il-qasam se tingħata għajnuna ta’ 33 fil-mija sa massimu ta’ €300, fejn hu stmat li se jibbenefikaw madwar 1,000 familja.
Skont il-liġi, ebda sistema ma tista’ tkuninstallata qabel mal-Awtorità dwar ir-Riżorsi tapprova l-għotja. Fil-każ ta’ PV’s l-applikazzjonijiet għall-iskema se jintlaqgħu mill-Awtorità dwar ir-Riżorsi bejn is-16 ta’ Frar u t-28 ta’ Frar.
Fir-rigward ta’ sistemi oħra indikati fl-iskema,l-applikazzjonijiet se jintlaqgħu mis-16 ta’ Frar ’il quddiem. L-iskema għandha tibqa’ miftuħa għal perjodu ta’ sena, sakemm id-dati ma jinbidlux skont kif meħtieġ mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jew il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.
Applikanti li xtraw jew installaw sistema qabelil-15 ta’ Frar 2009 jistgħu japplikaw skont it-termini tal-iskema stabbiliti bl-Avviż Legali 55 tal-2006 għal sistemi ta’ panelli fotovoltajċi u l-insulazzjoni tas-soqfa u l-Avviżi Legali 55 tal-2006 u 235 tal-2005 fil-każ ta’ solar water heaters. L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-15 ta’ Mejju 2009.
Applikanti li xtraw jew installaw sistemi ta’twieqi jew bibien double glazed qabel il-15 ta’ Frar, 2009, m’humiex eliġibbli għall-għotja ta’ parti mill-ispiża.
Il-bażi legali li biha se jingħataw u jitħallsul-għotjiet hija dik stipulata fin-Notifikazzjoni tal-Gvern.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow