Left arrow Go Back

DISKORS MILL-E.T. DOTT. EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENT TA’ MALTA WAQT PRANZU UFFIĊJALI MOGĦTI MILL-E.T. IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA U S-SINJURA KACZYŃSKA – VARSAVJA, IL-POLONJA - IT-TNEJN, 26 TA’ JANNAR 2009.

PR0117
Date Icon 26/01/2009
Sur President,Eċċellenzi, Mistednin distinti,
Huwa ta’ unur u pjaċir għalija li qed inżuril-Polonja fuq Żjara Uffiċjali.  Nixtieq nirringrazzjakom għall-merħba u ospitalità sinċiera li tajtu lil marti, lili u lid-delegazzjoni tiegħi.
F’Ottubru tal-2002, il-predeċessur tiegħi,il-President Emeritus Prof. Guido de Marco, żar il-Polonja fuq Żjara Statali u ltaqa’ mal-President ta’ qabel Aleksander Kwasniewski, li wkoll f’Marzu tal-2004 għamel żjara f’Malta.
Is-sena l-oħra kelli l-pjaċir li niltaqa’f’Malta ma’ dak li qabel kien mexxej ta’ Solidarjetà u President tar-Repubblika tal-Polonja Lech Walesa.
Għandi l-pjaċir li qiegħed hawn magħkom illumbiex naqsmu fehmitna fuq ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna, fuq postna fl-Ewropa u fid-dinja, u t-tamiet tagħna għall-futur.

Sur President, 

Malta qed taħdem dejjemaktar biex iżżid ir-relazzjonijiet tagħha mar-Repubblika tal-Polonja.  Is-sena l-oħra ttieħdet deċiżjoni politika li tiftaħ ambaxxata f’Varsavja biex tippromwovi aktar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.  Kien biss ftit tal-jiem ilu li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Polonja ppreżentalek il-kredenzjali tiegħu.
Ir-relazzjonijietbilaterali bejn il-Polonja u Malta huma sodisfaċenti.  Aħna nikkoperaw fuq materji li jirrigwardaw Tassazzjoni Doppja, Servizzi bl-Ajru, u Kura tas-Saħħa.  Intlaħaq ukoll Ftehim Kulturali.
Innotajt b’sodisfazzjon it-tkabbir ta’ aktarrabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna.  Fl-2007, twaqqfet is-Soċjetà ta’ Ħbiberija Maltija-Pollakka minn tliet ċittadini Pollakki residenti f’Malta.  Se nipprovdu lil din is-Soċjetà l-appoġġ kollu li nistgħu nagħtuha biex tinxtered aktar informazzjoni siewja dwar il-ħajja fiż-żewġ pajjiżi tagħna.
Fl-okkażjonitas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali 2008, l-Ambaxxatur is-Sur Jerzy Chmielewski inawgura wirja msejħa “A Commonwealth of Diverse Cultures – Poland’s Heritage”.  Nesprimi l-apprezzament tiegħi għal dawk kollha li kienu involuti fil-ħolqien tas-Soċjetà ta’ Ħbiberija u fl-attività kulturali.
SurPresident,
Sħubija fl-Unjoni Ewropea tipprovdikollaborazzjoni akbar fil-ħidmiet kollha tal-Unjoni, fi spirtu ta’ rispett reċiproku u fuq bażi tal-prinċipji ta’ solidarjetà u sħubija ugwali.  Iż-żewġ pajjiżi tagħna qed ifittxu li jikkontribwixxu għall-bini ta’ Unjoni Ewropea li tkun aktar siewja għall-Istati Membri kollha u ċ-ċittadini tagħhom.
Is-senal-oħra Malta ssieħbet maż-żona ewro.  Meta nħares lura, għandi sodisfazzjon kbir bit-transizzjoni bla skossi li kellna għall-munita l-ġdida u l-adozzjoni tagħna tar-regoli finanzjarji tas-Sistema Monetarja Ewropea.  Din qed tagħtina sens ta’ protezzjoni mill-kriżi finanzjarja kolossali li prattikament qed tinfirex mad-dinja kollha.  Nifhem, Sur President, li l-pajjiż tagħkom ukoll adotta pjanijiet biex jissieħeb mas-Sistema Monetarja Ewropea fil-futur qarib.  Nawgura lill-gvern tiegħek suċċess biex jilħaq il-kriterji ta’ konverġenza ekonomika u biex jikseb aktar benefiċċji mis-sħubija tal-Unjoni Ewropea.
Bħala riżultat tad-dħul tagħna fl-UnjoniEwropea, l-ekonomiji tagħna kellhom jagħmlu aġġustamenti meta sabu ma’ wiċċhom bidliet fil-vantaġġi kompetittivi li kellna fil-passat.  Il-gvernijiet tagħna stinkaw bis-sħiħ biex jerġgħu jfasslu l-iżvilupp ekonomiku tagħna fuq wieħed ibbażat fuq l-esportazzjoni, l-investiment privat u l-iżvilupp fis-settur tat-teknoloġija avvanzata.
L-isħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea kellha ftittal-impatt fuq l-istatistika kummerċjali li tindika li l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna żdied minn 5 miljun ewro fl-2003 għal 27 miljun ewro s-sena l-oħra.  Il-parteċipazzjoni fil-fieri kummerċjali internazzjonali rispettivi tal-pajjiżi tagħna tista’ tgħin aktar biex tippromwovi skambji kummerċjali.
Delegazzjoni ta’ negozjanti Maltin qedtakkumpanjani biex nesploraw opportunitajiet ta’ negozju fil-Polonja, partikolarment fis-settur tal-ICT, prodotti tal-ikel, prodotti farmaċewtiċi, ivvjaġġar u kostruzzjoni.
Ninkuraġġixxilin-negozjanti Pollakki li jridu jinvestu barra pajjiżhom biex jiflu sewwa wħud mis-setturi ekonomiċi tagħna.  Aħna żviluppajna pożizzjonijiet kompetittivi ħafna fl-oqsma ta’ servizzi finanzjarji, is-settur marittimu, prodotti farmaċewtiċi u tagħmir mediku, teknoloġija tal-informazzjoni u telekomunikazzjoni u fit-tagħlim tal-Ingliż bħala lingwa barranija fost oħrajn.

Sur President,  

Għada, is-27 ta’ Jannar 2009, huwa l-erbgħa u sittin anniversarju tal-liberazzjoni ta’ dak li l-Kumitat tal-Patrimonju Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti uffiċjalment isejjaħ il-Kamp ta’ Konċentrament u Sterminju tan-Nażisti Ġermaniżi f’Auschwitz Birkenau (1940-1945).  Auschwitz Birkenau huwa simbolu ta’ terrur u ta’ dak li jiena nsejjaħlu bħala “dak li l-bniedem m’għandux ikun u dak li m’għandux jagħmel”.     

Huwa stmat li madwar miljun u nofs ruħ inqatlu inklużi Lhud, Pollakki u priġunieri ta’ diversi nazzjonalitajiet oħra.  Din hija okkażjoni għalina lkoll biex niftakru u nikkundannaw it-terruri li seħħew f’Auschwitz u f’kampijiet oħra ta’ konċentrament u l-vittimizzazzjoni ta’ popli fuq bażi ta’ razza, etniċità, reliġjon, klassifikazzjoni soċjali u politika.

Għada, se mmurf’Auschwitz u nerġa’ nfakkar dawn il-ġrajjiet storiċi.
SurPresident,
Jien nemmen lil-ħbiberija u l-fiduċja li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi tagħna se jkomplu jissaħħu fis-snin li ġejjin.
B’dawn il-ħsibijiet u waqt li nirringrazzjakommill-ġdid tal-ospitalità tagħkom, ippermettuli nerfa’ t-tazza ad unur tiegħek, Sur President, Sinjura Kaczyńska u b’xewqat ta’ risq u l-prosperità għaż-żewġ pajjiżi tagħna u għas-saħħa u l-kuntentizza taż-żewġ Popli tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow