STQARRIJA MINISTERJALI MILL-PRIM MINISTRU DR LAWRENCE GONZI DWAR IL-VIŻITA UFFIĊJALI FIL-ĠERMANJA BEJN ID-19 U T-22 TA’ JANNAR 2009
Mr Speaker
| F’din l-ewwel | opportunita’ li għandi, nixtieq ninforma lill-Kamra dwar il-viżita uffiċjali li kelli fil-Ġermanja matul il-gimgħa li għaddiet, fuq stedina tal-Gvern Federali Ġermaniż. Id-delegazzjoni kienet tinkludi, fost oħrajn, lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg u lir-Rappreżentant Permanenti Malti fi Brussels, l-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġermanja John Paul Grech. |
| Il-qofol | tal-viżita uffiċjali kienet il-laqgħa mal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel nhar it-Tlieta, 20 ta’ Jannar fejn iddiskutejna: |
| (i) | L-Immigrazzjoni Illegali. Il-Kanċillier Ġermaniz, Merkel iddikjarat li l-Ġermanja tifhem bis-sħiħ il-problemi kbar li Malta qiegħda tiffaċċja. Hi kkonfermat li pajjiżha ma kienx ser jonqos mid-doveri u responsabbiltajiet tiegħu, speċjalment fid-dawl tal-Patt dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil. |
| (ii) | Il-kriżi fil-Lvant Nofsani, l-Unjoni dwar il-Mediterran u r-relazzjonijet ta’ Malta mal-pajjiżi Nord Afrikani. Iddiskutejt flimkien mal-Kanċillier Ġermaniż kif Malta tħares lejn is-sitwazzjoni preżenti fil-Lvant Nofsani, speċjalment wara l-waqfien mill-ġlied u s-sitwazzjoni umanitarja wara l-ostilitajiet; il-futur tal-Unjoni dwar il-Mediterran, kif ukoll ir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-ġirien tagħha tan-Nord tal-Afrika. |
| (iii) | Bidla fil-Klima, krizi tal-enerġija u koperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi fil-kamp tal-enerġija alternattiva. Hawnhekk ikkonfermajna r-rieda sħiħa tal-Gvernijiet tagħna li nilħqu l-miri li għamilna għas-sena 2020. Fid-dawl ta’ dan, qbilna li ż-żewġ Ministri rispettivi responsabbli minn dan il-qasam jiltaqgħu sabiex jiddiskutu dawn il-materji, kif ukoll koperazzjoni fl-oqsma tal-energija alternattiva, fuq bażi bilaterali f’aktar dettall. |
| (iv) | Il-Kriżi Finanzjarja u r-Riċessjoni Internazzjonali.Spjegajt kif il-kriżi finanzjarja internazzjonali ftit li xejn laqtet lill-Malta minħabba li l-banek Maltin ma kellhomx rabtiet mas-‘subprime market’ u li l-Maltin jinvestu bis-sħiħ fil-banek lokali Maltin u għalhekk ma nħasset qatt s’issa problema ta’ likwidità. Il-problema ewlenija li Malta qiegħda tiffaċċja hija effett tal-fatt li l-ekonomija Maltija hija waħda miftuħa, u għalhekk esposta għall-effetti tar-riċessjoni li bħalissa tinsab tolqot is-swieqi prinċipali internazzjonali. |
| (v) | Tisħiħ tar-relazzjonijiet fl-oqsma tal-Investiment u Kummerċ. Il-Ġermanja tibqa’ l-akbar sieħeb importanti fil-kummerċ li Malta għandha fl-Ewropa. Hawnhekk qbilna li nkomplu nsaħħu l-isforzi tagħna sabiex il-kummerċ u l-investiment li diġà jeżisti bejn Malta u l-Ġermanja, speċjalment fl-oqsma tat-teknoloġija, industrija u turiżmu, jkomplu jissaħħu. |
| Wara l-laqgħa | mal–Kanċillier Merkel, għamilt żjara lill-Ministru Federali tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, F.W. Steinmeier. Miegħu ġew diskussi dawn il-punti: |
| (i) | l-immigrazzjoni illegali u l-Politika Ewropea dwar il-Migrazzjoni. |
| (ii) | il-Konflitt fil-Lvant Nofsani |
| (iii) | l-Unjoni tal-Mediterran u relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija. |
| (iv) | il-bżonn li jissaħħu dejjem aktar ir-relazzjonijiet transatlantiċi. |
| (v) | it-Trattat ta’ Lisbona. |
| Ġewwa Berlin, | kelli wkoll laqgħa ma’ uffiċjali għolja tad-Deutsche Bank, bank ewlieni Ġermaniż, ġewwa l-kwartieri tagħhom. Fl-2007, id-Deutsche Bank fetaħ żewg uffiċini f’Malta sabiex joffri servizzi finanzjarji. Issa dan il-bank ser jespandi u jiddiversifika l-investiment tiegħu f’Malta għaliex jemmen li f’Malta jeżistu opportunitajiet tajbin. Minħabba f’hekk, id-Deutsche Bank beħsiebu jzid in-numru ta’ l-impjegati tiegħu f’Malta. |
| Mid-diskussjonijiet | ħareg ċar li Deutsche Bank iqis l-investiment tiegħu f’Malta bħala wieħed sod, bi prospetti eċċellenti. Skond dan il-bank, dan huwa dovut għall-fatt li Malta għażlet it-triq tas-serjeta` finanzjarja, ibbażata fuq regim finanzjarju regolat u sistemi bankarji sani. Dan illum jikkwalifika lill-Malta bħala ċentru ta’ servizzi finanzjarji imfittex u rispettat mill-komunita finanzjarja internazzjonali. |
| Iż-żewg | attivitajiet l-oħra li kelli f’Berlin kienu diskors fil-Kwartieri tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea bit-tema: Malta fl-Ewropa, Ħames Snin Wara: Riflessjonijiet u Ambizzjonijiet. Għal din l-attivita` attendew numru ta’ membri parlamentari Germaniżi, ambaxxaturi, uffiċjali governattivi u membri ta’organizzazzjonijiet diversi. Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors li għamilt f’din l-okkażjoni. Kelli wkoll laqgħa mal-German-Maltese Parliamentary Friendship Group.Il-Grupp Parlamentari Germaniż huwa ffurmat minn membri mill-Gruppi Politiċi kollha irrappreżentati fil-Parlament Federali, li jinkludu: is-CDU/ĊSU, l-SPD, il-Ħodor, l-FDP u l-Partit tax-Xellug. Flimkien qbilna li nkomplu niżviluppaw il-kuntatt parlamentari bejn Malta u l-Germanja. |
| L-għada, l-Erbgħa, | 21 ta’ Jannar mort Hamburg, it-tieni l-akbar belt fil-Germanja u t-tieni l-akbar port fl-Ewropa, wara Rotterdam. Hawnhekk iltqajt ma’ Ole von Beust, il-Prim Ministru tal-Istat ta’ Hamburg, fejn iddiskutejna: |
| (i) | tisħiħ ta’ Kollaborazzjoni Ekonimika bejn Malta u l-Istat Germaniż ta’ Hamburg fis-setturi Marittimi, kemm dawk tal-merkanzija kif ukoll dawk relatati mar-Registru tal-Bandiera Maltija. |
| (ii) | inizjattivi sabiex jikber l-interess tal-kumpaniji Germaniżi f’Hamburg fis-servizzi marittimi li toffri Malta, speċjalment dak tar-Registru tal-Bandiera Maltija. |
| (iii) | il-Kriżi Finanzjarja Internazzjonali u kif din tinsab tolqot l-ekonomija tal-industrija marittima. |
| (iv) | il-Proġett tar-Rigenerazzjoni tal-Port ta’Hamburg - Hafen City. |
| Kelli wkoll | laqgħa ma’ numru ta’ investituri Germaniżi fil-Konsulat ta’ Malta gewwa din il-belt. Dawn l-investituri kienu gejjin fost l-oħrajn, mis-setturi marittimi, dawk tar-riċerka, dawk tal-avjazzjoni, dawk fit-teknologija tal-informatika, dawk mir-registru marittimu u tal-avjazzjoni, dawk mis-settur tal-ħażna taż-żejt (oil tanking) u mis-settur tas-servizzi finanzjarji. |
| Gewwa Hambrug | kelli l-pjaċir li nżur il-Kwartieri Generali tal-kumpanija Lufthansa. Iċ-Chairman tal-kumpanija, August Wilhelm Hennigsen, ikkonferma li f’April li gej, il-Lufthansa Technik se tinawgura uffiċjalment it-tliet hangars godda tagħha f’Malta. Żewg hangars se jakkomodaw ‘wide-body aircraft’ bħall-Airbus 330 u A340, filwaqt li t-tielet wieħed ser jiffoka fuq ajruplani iżgħar, bħall-Airbus 320 u l-Boeing B737. L-investiment ta’ €55 miljun li qed tagħmel din il-kumpanija gewwa pajjiżna ifisser li n-numru ta’ ħaddiema se jiżdied b’200 oħra sa tmiem is-sena d-dieħla. B’hekk sa tmiem l-2010, in-numru ta’ impjegati tal-LT f’Malta jkun ilaħħaq mas-700. |
| Fl-aħħar gurnata | taż-żjara tiegħi, żort Stuttgart u Heidelberg fejn kelli laqgħa mal-Prim Ministru tal-Istat ta’ Baden-Wurttemberg, Günther Oettinger. |
| Nixtieq | nirrimarka li Baden-Wurttemberg huwa wieħed mill-aktar regjuni sinjuri u industrijalizzati kemm fil-Germanja Federali kif ukoll fl-Ewropa, jospita intrapriżi magħrufa, fosthom Bosch, SAP AG, Daimler u BMW, kif ukoll huwa ikkunsidrat bħala wieħed mill- ‘Four Motors of Europe’ u ekonomikament l-aktar stat Germaniż dinamiku u li kiseb suċċess. |
| Flimkien mal-Prim | Ministru Gunther Oettinger fl-uffiċċju tiegħu gewwa Stuttgart iddiskutejna: |
| (i) | is-sitwazzjoni finanzjarja internazzjonali u kif din laqtet kemm lill-istat ta’ Baden-Wurttemberg kif ukoll lil Malta. |
| (ii) | l-immigrazzjoni illegali u kif din tinsab tolqot lil Malta minħabba l-posizzjoni strategika tagħha fiċ-ċentru tal-Mediterran. |
| (iii) | l-ekonomija ta’ Malta partikularment dawk l-oqsma li Malta tinsab tikseb suċċess fihom fid-dawl tal-Viżjoni Malta 2015. |
| (iv) | tisħiħ tal-koperazzjoni ekonomika, kulturali/edukattiva bejn iż-żewg naħat, speċjalment fl-oqsma ta’ edukazzjoni teknika u avvanzata. |
| Il-Prim Ministru | Oettinger jagħraf ir-rwol speċjali li tista taqdi Malta fiċ-ċentru tal-Mediterran, bejn l-Unjoni Ewropea u l-kontinent Afrikan. Għal dan il-għan, huwa offra li jagħmel proposta bil-miktub lill-Kanċillier Merkel kif ukoll lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Barroso sabiex issir f’Malta Konferenza bejn l-UE u l-kontinent Afrikan fejn jigu diskussi temi ta’ interess komuni bħall-immigrazzjoni illegali, il-bidla fil-klima, koperazzjoni fl-użu tal-ilma u l-energija. |
| Iddiskutejna | wkoll proposti oħra ta’ inizjattiva bilaterali, inkluż: |
| (i) | skambju ta’ studenti bejn Malta u Baden-Württemberg fuq progetti ta’ riċerka. |
| (ii) | konferenza teknika f’Malta bil-parteċipazzjoni u l-koperazzjoni tal-komunita tan-negozju kemm f’Malta kif ukoll f’Baden-Württemberg. |
| (iii) | koperazzjoni bejn iż-żewg naħat fil-qasam tar-riċerka dwar l-energija alternattiva kemm dik solari kif ukoll dik tar-riħ. Din tista sseħħ bejn l-Universita ta’ Malta u ċentri tar-riċerka magħrufa bħal Freiburg, Tübingen u Karlsruhe. |
| (iv) | viżita f’Malta mill-Ministru tal-Edukazzjoni u Riċerka ta’ Baden-Württemberg akkumpanjat minn delegazzjoni ta’ esperti fil-qasam tal-energija alternattiva u l-ilma għal diskussjonijiet mal-Gvern Malti. |
| Gewwa Heidelberg, | żort il-kwartieri generali kif ukoll l-impjant prinċipali tal-kumpanija Prominent International li tipproduċi pompi speċjalizzati u impjanti tat-trattament ta’ l-ilma. Il-propjetarju, li huwa Konslu-Generali ta’ Malta, ħabbar li l-kumpanija tiegħu beħsiebha tinvesti €5 miljuni fuq progett ta’ espansjoni fil-fabbrika li l-kumpanija għandha diga gewwa Bulebel. Il-propjetarji tal-kumpanija spjegaw li l-fabbrika li għandhom f’Malta hija t-tieni l-akbar fabbrika li għandhom barra mill-Germanja u tinsab tippjana li tittrasferixxi l-assembly line tal-partijiet elettroniċi tal-prodotti tal-kumpanija kompletament lejn Malta. |
| Din l-espansjoni, | barra li hija vot ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema Maltin kif ukoll fil-kundizzjonijiet vantaggjużi li Malta toffri lill-investitur barrani, ser tfisser żieda ta’ numru ta’ ħaddiema f’fabbrika li diga tħaddem ‘l fuq minn 100 ħaddiem. |
| L-aħħar żjara li | kelli kienet gewwa l-Universita ta’ Heidelberg, forsi l-aktar universita antika u prestigjuża fil-Germanja. Flimkien mar-Rettur tal-Universita ta’ Heidelberg, iddiskutejna l-possibilita ta’ aktar skambju bejn studenti universitarji Maltin u dawk li jattendu l-Universita’ ta’ Heidelberg. Qbilna li jigu intensifikati l-kuntatti bejn iż-żewg universitajiet, partikolarment fl-oqsma tar-riċerka fil-kamp mediku ta’ l-onkologija. |
Mr Speaker,
| Malta hija pajjiż | li jgwadi rispett kbir u fiduċja internazzjonali. |
| Il-laqgħat li | kelli gewwa l-Germanja, l-akbar ekonomija gewwa l-Unjoni Ewropea, ikkonfermaw dan. Dan iċ-ċertifikat tawulna kemm l-awtoritajiet kif ukoll l-operaturi ekonomiċi u istitituzzjonijiet edukattivi. Tħossok kburi b’pajjiżna tisma’ l-ogħla dirigenti tal-Lufthansa Technik ifaħħru l-livell ta’ taħrig li l-ħaddiema tagħhom qed jieħdu mill-MCAST. Id-Deutsche Bank jara lil pajjiżna bħala sħab eċċellenti għan-negozju. U l-istess diskors tisimgħu mingħand kull min sar jaf u għandu x’jaqsam ma’ pajjiżna. |
| Qabel ma nagħlaq | din l-istqarrija, nixtieq nirringrazzja pubblikament lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Germanja, Dr. John Paul Grech u l-istaff tiegħu, għax-xogħol kollu li wettqu biex din il-viżita uffiċjali tkun suċċess u tħalli l-frott mixtieq f’investiment, opportunitajiet godda ta’ xogħol u studju, u t-tisħieħ fir-relazzjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi. Nirringrazzja wkoll lill-istaff kollu fil-Malta Enterprise, fil-Malta Finanċial Serviċes Authority, u lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin għall-kontribuzzjonijiet tagħhom fil-preparamenti ta’ din il-viżita. |
| Din iż-żjara | kompliet ikkonfermat kemm il-Viżjoni Malta 2015, il-viżjoni li tidderigi l-ħidma kollha tal-Gvern, hija viżjoni fattibli u kemm din għandha twassal għall-qabża ta’ kwalita’ li jmiss fl-istorja ekomomika, soċjali u kulturali ta’ pajjiżna. Aħna għarafna l-oqsma fejn għandna vantaggi partiokolari u rridu niżviluppawhom biex kull membru tas-soċjeta` tagħna jkun jista’ jilħaq il-milja tiegħu. |
Mr Speaker,
Nagħlaq billi nistieden liż-żewg naħat tal-Kamra sabiex naħdmu flimkien ħalli pajjiżna ikompli miexi ‘l quddiem. Dawn huma mumenti speċjali li d-dinja qed tgħix u xejn anqas pajjiżna. Huma mumenti li jekk naħdmu flimkien jien ċert li pajjiżna jkompli jissaħħaħ u l-ħajja tal-familji u tat-tfal tagħna jitkattrulhom l-opportunitajiet ta’ karrieri, xogħol u kwalita ta’ ħajja. Il-viżita uffiċjali li kelli gewwa l-Germanja kkonfermat li anki f’dawn il-mumenti diffiċli, l-unika triq li tagħmel sens hija li nintensifikaw l-ħidma tagħna biex nattiraw aktar investiment lejn pajjiżna u jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ xogħol. Jiena konvint li l-imsieħba soċjali, is-settur privat kif ukoll is-soċjeta ċivili qed jagħrfu din l-isfida u jridu jaħdmu id f’id mal-Gvern biex flimkien negħlbu kull sfida.
…/speech at Europaisches Haus, Berlin delivered on 20.01.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984