Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

PR0110
Date Icon 26/01/2009
IL-KELLIEM LABURISTA EDWARDSCICLUNA IQARRAQ DWAR IL-KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA
Il-kummenti dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilmali għamel il-kandidat Laburista Edward Scicluna ma jirriflettu xejn il-professjoni ekonomika tiegħu imma minflok huma biss kummenti li jikkonfermaw li Edward Scicluna illum bħal qabel għandu motivazzjonijiet purament partiġġjani għall-pronunzjamenti pubbliċi tiegħu.
Edward Scicluna l-bieraħ qal li kont lippubblika fuq il-gazzetta tal-Partit Laburista juri li l-Korporazzjoni qed jitolbu ħlas għall-elettriku b’rata ogħla minn dik li ħabbar il-Gvern. Dan m’hux minnu u jekk Edward Scicluna jaf jgħodd, jaf hu wkoll li m’hux veru.
Nirreferu għall-kont li ppubblika Edwar Sciclunabħala eżempju. Il-kont juri 836 unit ikkonsmat għal 61 jum li huma ekwivalenti għal 5000.29 unit fis-sena (836/61x365)
Il-kalkulazzjoni matematika għall-konsum annwaliibbażat fuq din l-istima hi:

2000 unit x 0.161ċ €322.00
3002.29 unit x 0.173ċ €519.40
Total €841.40

Dan ifisser li l-istima annwali ġġib total ta’€841.40 u għaldaqstant il-kont għal 61 jum hu ta’ €140.62 (€841.40/365 jum x 61 jum).
Dan juri li l-kont li ppubblika Edward Sciclunafil-fatt inħadem skond ir-rati li ppubblika l-Gvern u li hu ħadem il-kont ħażin jew biex iqarraq jew għax nesa l-matematika bażika.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow