STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
PR0107
25/01/2009
| Stqarrija ta’ l-MRRA | b'reazzjoni għal-kummenti tal-Kap tal-Opposizzjoni tallum. |
| Jidher ċar li l-Opposizzjoni | u l-Kap tagħha huma mifxula quddiem id-dinamiżmu tal-Gvern li qed joħroġ bi proposti konkreti li għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-kwalita' tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. |
| Fid-diskors tiegħu ta' | dalgħodu l-Kap tal-Opposizzjoni jidher li tħawwad fuq numru ta' punti u ma fhemx il-proċess li wassal għal publikazzjoni ta' dokument għal konsultazzjoni pubblika li sar minn kumitat ta' esperti mwaqqaf mill-gvern. Il-fatti huma li l-Gvern ħatar kumitat ta' esperti biex jippreżentawlu abbozz ta' reviżjoni għal-istrateġija nazzjonali tal-iskart solidu tal-2001. |
| Għax tabilħaqq jemmen | fil-konsultazjoni pubblika, l-Gvern għażel li jippublika immedjatament l-abbozz ta' reviżjoni li lesta l-kumitat tekniku u qed jistieden lil kulħadd, inkluż lill-Opposizzjoni, biex matul dawn it-tmien ġimgħat li ġejjin, iressqu l-opinjonijiet tagħhom u soluzjonijiet alternattivi. Il-Gvern tant jemmen fil-konsultazzjoni li, permezz tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, iltaqa' mall-kelliem tal-Opposizzjoni Leo Brincat jumejn qabel ma ippublika id-dokument, u taħ ukoll preżentazzjoni teknika dwar dan l-abbozz tar-reviżjoni dwar l-istrateġija tal-iskart. Matul dawn l-aħħar jiem saru wkoll laqgħat simili kemm mal-assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kif ukoll mal-għaqdiet ambjentali. |
| Il-Gvern huwa kommess li | jibqa jinvesti biex pajjiżna jkollu l-faċilitajiet meħtieġa għall- imaniġġjar tal-iskart. |
| Jidher ċar li l-Kap | tal-Opposizzjoni għadu maqbud mal-passat u għadu nostalġiku għal meta bħala Membru Ewro Parlamentari (MEP), kien niżel Sant Antnin u għal skop ta' opportuniżmu politiku, kien hedded li jiffriża l-fondi Ewropej għall-immodernizzar tal-impjant ta' Sant' Antnin. Il-Kap tal-Opposizzjoni illum ta' konferma oħra li meta ħa dik il-posizzjoni, hu lanqas ma kien jaf x'inhuma l-fatti. Kien imissu jaf li fl-applikazzjoni għall-iffinanzjar tal-impjant ta' Sant' Antnin, il-Gvern qal ċar u tond li Sant' Antnin kellu jieħu 71,000 tunnellata ta' skart li huma madwar terz tal-iskart kollu ġenerat f'Malta kull sena. Il-Gvern dejjem baqa' jsostni dan u kien il-Kap tal-Opposizzjoni u l-Partit Laburista li għażlu li jibqgħu jgħawġu l-fatti għal skopijiet politiċi. Il-Kap tal-Opposizzjoni għadu jipprova jikkritika l-impjant ta' Sant' Antnin minkejja li għal darba, darbtejn, l-Unjoni Ewropea ikkonfermat li fl-immodernizzar tal-impjant, il-Gvern Malti mexa mal-liġijiet ewropej. |
| Peress li Sant'Antnin għandu kapaċita li | jitratta terz tal-iskart kollu ta' Malta, huwa loġiku li l-Gvern ried ikollu faċilitajiet oħrajn fejn jittratta l-bqija tal-iskart. Li l-Kap tal-Opposizzjoni huwa mifxul joħroġ ukoll mill-fatt li qed jitlob għal pubblikazzjoni ta' Environment Impact Assessment. Il-pubblikazzjoni ta' din ir-revizjoni tal-istrateġija hija biss l-ewwel pass fi proċess twil li għad irid isir. Dan jinkludi li jsiru l-applikazjonijiet meħtieġa mal-Awtorita' ta'Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li l-faċilita' tgħaddi minn proċess rigoruż ta' ippjanar u ta' studji dwar l-impatt ambjentali. Żgur li l-opposizzjoni m'għanda ebda kredenzjali biex tagħti pariri fuq studji dwar l-impatt ambjentali. Il-pjan tal-Gvern li jgħaddi dan il-proċess mill-istudji dwar l-impatt ambjentali joħroġ mill-fatt li diġa beda l-proċess ta' Strategic Environment Assessment (SEA). |
| Il-Gvern jiddeplora l-kummenti tal-Kap | tal-Opposizzjoni, li ma huma xejn ħlief attakk fuq is-serjeta' tal-membri tal-kumitat tekniku li ħejjew dan l-abbozz ta' reviżjoni tal-istrateġija. Il-Gvern jieħu din l-okkażjoni biex jirringrazzja lill-kumitat tax-xogħol siewi tagħhom. |
| Il-Gvern huwa kommess li ifittexx kunsens | mil-aktar wiesgħa fuq din l-istrateġija, u jistenna li ġa la darba jidher li l-Opposizzjoni Laburista mhix taqbel ma' dawn il-proposti, l-Opposizzjoni terfa' ir-responsabbilita' politika tagħha u toħroġ bi proposti konkreti u soluzzjonijiet ta kif għandu jiġi mmaniġjat l-iskart f'pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984