Left arrow Go Back

AKTAR ENERĠIJA NADIFA MILL-ISKART – KONSULTAZJONI PUBBLIKA DWAR L-EWWEL REVIZJONI TAL-ISTRATEĠIJA TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART F’PAJJIŻNA

PR0097
Date Icon 23/01/2009
Fl-impjant għar-riċiklaġġ ta’Sant’Antnin f’Wied il-Għajn, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet, Rurali George Pullicino, dalgħodu nieda għal perijodu ta’ tmin ġimgħat, konsultazzjoni pubblika dwar l-ewwel revizjoni tal-Istrateġija tal-Immaniġġjar tal-Iskart f’pajjiżna tal-2001, li poġġiet is-sisien għal din ir-reviżjoni.
Il-Ministru Pullicino spjega lifl-immaniġjar tal-iskart pajjiżna avvanza ħafna. Inbnew faċilitajiet bħal engineered landfills, inċineratur (jew aħjar Thermal Treatment Facility), u l-impjant  għar-riċiklaġġ li għamel possibbli skemi bħall-Bring-In Sites u l-iskema ‘Irriċikla t-Tlieta’. Inbnew ukoll 4 ċentri apposta li jilqgħu l-iskart goff f’Malta, filwaqt li jinsabu fi stadju avvanzat ix-xogħlijiet sabiex jinfetaħ ukoll Civic Amenity Site f’ Għawdex. Huwa tenna li minkejja dan, għad baqa’ ħafna xi jsir u l-Gvern qed jimpenja ruħu li jkompli jinvesti u jaħdem f’settur tant importanti.
Il-Ministru Pullicino qal lillum nistgħu nitkellmu fuq kif se nkomplu ndawwru l-iskart f’riżorsa, u kif se nkomplu niżguraw li ma nagħmlu ebda ħsara lill-ambjent fl-immaniġġjar tal-iskart. Hu żied jgħid li fis-sena 1996 l-ammont li kien jintefaq fuq il-landfills f’Malta kien madwar (€280,000) u llum l-ispiża taqbeż  is-6 miljun ewro.
Filwaqt li l-akbar problemafl-2001 kienet dwar x’se jsir bl-iskart, illum nitkellmu fuq kif se nkomplu niġġeneraw enerġija nadifa mill-iskart. Mill-impjant ta’ Sant’Antnin biss din is-sena ser inkunu qegħdin nipproduċu ammont ta’ enerġija daqs kemm jintuża minn 1,400 familja.  Dan id-dokument ma jipproponiex xi bidliet drastiċi imma jagħżel li jkompli jibni fuq dak li twettaq sa’ issa. L-emfasi hija fuq l-enerġija ġġenerata mill-iskart
F’Malta għad irridu naslu fistat fejn l-iskart kollu li nipproduċu jrid jiġi sseparat u trattat b’xi mod jew ieħor, billi jigi rriċiklat, tinħoloq l-energija minnu jew inkella jsir il-kompost minnu. Fl-engineered landfills, imbagħad, jidħol biss dak l-ammont zgħir ta’ residwi li jibqa’ wara t-trattament meħtieg ta’ dan l-iskart. Din hi mira ambizzjuza hafna u hija maghrufa bhala Zero Waste.

Il-Ministru qal li l-Gvern, għalkemm għandu viżjoni ċara u bi proposti konkreti, ma jridx li jimxi waħdu.  Irridu proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u li jinkludi lil kulħadd bil-għan li fil-mument tal-implimentazzjoni jkollna l-wens ta’ kunsens nazzjonali. Id-dokument jista’ jinkiseb minn fuq is-sit eletroniku www.wastestrategy.gov.mt, fejn wieħed se jkollu wkoll l-opportunita’ li jistaqsi u jgħaddi l-kummenti tiegħu.

Il-Ministru Pullicino enfasizzali l-importanti f’dan l-istadju hu li jkun hemm qbil fil-prinċipju mal-ideali tal-istrategija, li jkun hemm inċentiv biex isir aktar riċiklaġġ u jkun hemm tnaqqis fl-iskart li jmur fil-landfill. Il-prinċipju ta’ min iħammeġ iħallas jibqa’ l-pern tal-istrateġija.  Il-prinċipju li fuqu hija mibnija wkoll din l-istrateġija hu li l-poplu jibqa’ ma jħallasx biex jiddisponi mill-iskart.
Il-Ministru Pullicinorringrazzja lill-Kumitat tekniku li fassal id-dokument, lill-WasteServ li wasslet lill-pajjiżna sa’ hawn, kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi li pparteċipa f’din il-bidla.
Il-Ministru Pullicino temm jgħidli “Ta’ warajna jixirqilhom futur aħjar minn dak li sibna aħna.  Għada ma rridux li jkun hemm Magħtab li jħammar wiċċ uliedna imma faċilitajiet li fuqhom huma jkunu jistgħu jkomplu jibnu futur aħjar għalihom.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow