DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-ISKAMBJU TA’ AWGURI GĦAS-SENA L-ĠDIDA MAL-KORP KONSULARI - BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – IL-ĠIMGĦA, 23 TA’ JANNAR 2009
PR0093
23/01/2009
Għeżież Membri tal-Korp Konsulari,
| Merħba għal din il-laqgħa ta’ kull sena sabiex | nawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena ġdida kif ukoll nirriflettu ftit dwar il-prospetti quddiemna. Inwassal lilkom u l-familji tagħkom it-tislijiet personali tiegħi kif ukoll dawk tal-Gvern immexxi minni. |
| Nixtieq nibda billi nirringrazzjakom tax-xogħol | kollu li wettaqtu matul is-sena li għaddiet. Il-Gvern immexxi minni japprezza x-xogħol importanti li twettqu bejn il-pajjiżi rispettivi tagħkom u Malta. |
| Sena ġdida m’ hiex biss opportunità biex tieqaf | u tirrifletti fuq is-suċċessi u l-isfidi tas-sena li għaddiet imma hija opportunità biex tippjana kif ħa tegħleb l-isfidi u taħtaf l-opportunitajiet li sena ġdida ġġib magħha. |
| Bħalissa d-dinja qiegħda tiffaċċja waħda | mill-akbar sfidi ekonomiċi ta’ dawn l-aħħar snin. Numru ta’ pajjiżi żviluppati, fosthom iż-żona ewro, qegħdin f’xifer jew diġà qegħdin f’riċessjoni. Għalkemm Malta ma ġietx milquta direttament, is-sħab qiegħed ma xtutna wkoll. Ir-riformi li għamilna fis-snin li għaddew u l-investiment li sar fis-sistema finanzjarja Maltija, qegħdin iħallu l-frott għax jidher li s-sistema tagħna tiflaħ għal dan il-mewġ. Id-dħul ta’ Malta fiż-żona ewro hi fattur ieħor importanti li qed jgħinna ntaffu l-impatt ta’ din il-kriżi. Imma Malta tista’ tintlaqat b’mod indirett minn din il-kriżi hekk kif id-dinja qiegħda tnaqqas mir-rata tat-tkabbir ekonomiku tagħha. |
| Minkejja dan kollu, l-ekonomija Maltija | kkonfermat li hija b’saħħitha u kapaċi tilqa’ għal dan il-mewġ. Fil-fatt, l-aħħar statistika ekonomika turi li l-ekonomija qiegħda tikber b’rata tajba u akbar mill-bqija tal-Ewropa u taż-żona ewro. |
| Xorta waħda rrid nistieden lil kulħadd għal | prudenza, serjetà u maturità kif dejjem urejna fis-snin li għaddew. Is-sitwazzjoni mondjali hi delikata, u għalhekk, hemm bżonn ta’ gvernar responsabbli u għaqli aktar minn qatt qabel. |
| Però, m’għandniex naqtgħu qalbna quddiem dawn | l-isfidi. L-istorja tal-poplu Malti turi li l-Maltin u anke l-ekonomija Maltija huma flessibbli. L-importanti hu, li kull sfida narawha bħala opportunità biex inkomplu nirriformaw u ntejbu l-prestazzjoni tagħna. |
| Fid-dawl tas-sitwazzjoni internazzjonali, | il-Gvern immexxi minni fassal pjan ekonomiku u strateġiku ta’ kif nemmnu li huwa l-aħjar mod ta’ kif ngħelbu dawn l-isfidi quddiemna. Nistgħu ngħidu li dan il-pjan huwa msejjes fuq żewġ binarji, li fimkien huma maħsuba biex ikomplu jkabbru l-potenzjal tal-ekonomija Maltija biex tkompli tikber fis-snin li ġejjin. L-ewwel, ħadna miżuri konkreti biex fl-immedjat inħallu aktar flus fl-ekonomija. It-tieni prinċipju li fuqu hi msejsa l-istrateġija għal pajjiżna, u li naħseb hija l-aktar importanti f’dan iż-żmien, hu l-impenn tal-Gvern lejn l-investiment u t-tisħiħ tal-ħolqien tal-impjiegi fil-futur. |
| Permezz tal-miżuri tal-Gvern flimkien | mal-fiduċja tas-settur privat fl-ekonomija Maltija, nemmnu li din l-isfida quddiemna tabilħaqq tippreżenta numru ta’ opportunitajiet biex inkomplu nirnexxu fil-futur. Il-Viżjoni 2015 ukoll tirrappreżenta waħda minn dawn l-opportunitajiet. L-importanza ta’ din l-istrateġija f’dan il-kuntest hi li kapaċi tagħmel l-ekonomija aktar flessibbli u aktar b’saħħitha biex tilqa’ għall-isfidi bħal dawn. Minkejja dawn it-turbulenzi ekonomiċi, id-dinja globalizzata li ċċekken id-distanzi u fejn il-kompetittività hi essenzjali, il-Viżjoni 2015 toffri potenzjal kbir għal Malta. |
| Il-viżjoni tistedinna niffukaw fuq seba’ oqsma | speċjali li ġew identifikati bħala l-aktar li joffru potenzjal għas-suċċess ta’ pajjiżna. Dawn is-setturi huma msejsa fuq l-attrazzjoni ta’ Malta għall-investiment barrani. Din is-sena komplejna nibnu u ninvestu fuq din l-attrazzjoni u fost l-inizjattivi nixtieq insemmi l-ftehim ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja li ffinalizzajna mal-Amerika f’Marzu, u dak li kkonkludejna mal-Libja dan l-aħħar. |
| L-investiment barrani f’pajjiżna qiegħed dejjem | jiżdied u Malta rnexxielha tippromwovi lilha nnifisha b’suċċess bħala post minn fejn il-kummerċ isir b’mod effiċjenti u effettiv. Dan is-suċċess mhuwiex biss ir-riżultat tal-ħidma tal-Gvern imma nemmen li l-Korpi Konsulari għandhom rwol importanti f’dan is-suċċess. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzjakom tal-ħidma tagħkom f’dan ir-rigward. |
| Is-suċċess ekonomiku ma jinkisibx f’iżolament | iżda f’kuntest politiku u soċjali. Il-klima politika jeħtieġ li tkun stabbli, ħielsa mill-konflitt u waħda li tiffaċilita d-diviżjoni tal-ġid b’mod ekwu. |
| Matul l-2008, il-ħidma diplomatika kemm fuq | livell bilaterali u multilaterali kienet intensiva. Fost is-suċċessi li ksibna nsemmi d-dħul ta’ Malta fiż-żona Schengen kif ukoll id-dħul fil-‘United States Waiver Programme.’ Però l-ħidma tagħna kienet mifruxa u wiesa’. |
| Il-kooperazzjoni favur il-paċi u s-sigurtà | fil-Mediterran huwa qasam ieħor fejn Malta għandha storja fejn ħeġġet u mexxiet azzjoni kollettiva. It-tnedija tal-Unjoni tal-Mediterran mill-Presidenza Franċiża s-sena l-oħra hija pass importanti fil-proċess ta’ kooperazzjoni Mediterranja. Malta hija mimlija ħeġġa dwar dan il-proċess u n-nomina ta’ Malta bħala waħda mill-ħames Deputati Segretarji Ġenerali għandha tgħin biex dan il-għan jintlaħaq. |
| Il-ħidma diplomatika ffukat ukoll fuq | il-fenomenu tal-immigrazzjoni illegali. Aħna tlabna lil sħabna Ewropej biex jirrikonoxxu dan il-fatt u jieħdu azzjoni f’ dan ir-rigward. Fil-Patt ta’ Migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea li ġie ffirmat f’Ottubru li għadda, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ftehmu li jagħtu konsiderazzjoni ikbar lid-diffikultajiet ta’ dawk l-Istati Membri li huma milquta mill-influssi sproporzjonati ta’ immigranti. Aħna qed naħdmu u se nkomplu naħdmu mal-Kummissjoni Ewropea sabiex il-prinċipju ta’ burden sharing jiġi implimentat b’mod prattiku u effettiv fil-futur qarib. |
| Hekk kif Malta se tagħlaq ħames snin bħala | membru fl-Unjoni Ewropea, qed tkompli għaddejja bil-programm ta’ żvilupp nazzjonali. F’dawn is-snin ibbenefikajna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u jien ċert li fis-snin li ġejjien ħa jkomplu jkunu ta’ xprun importanti fil-mixja tagħna lejn żvilupp sostenibbli. Il-ħarsien tal-ambjent huwa qasam li l-Gvern immexxi minni qed jinvesti sostanzjalment u nemmen li dan il-qasam ukoll jiftaħ numru ta’ opportunitajiet bejn Malta u l-pajjiżi li intom tirrappreżentaw. Minbarra l-aspett ekonomiku, għandna nkomplu niffukaw fuq l-ispirazzjoni politika tal-Unjoni – l-għan huwa li l-poplu Ewropew fi proċess kooperattiv jaħdem għall-paċi, prosperità u rispett reċiproku. Dan hu dak li għandu jkompli jiggwidana hekk kif niffaċċjaw l-isfidi ta’ matul iż-żmien speċjalment fit-tkabbir u t-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea. |
Għeżież Membri tal-Korp Konsulari
| L-isfidi quddiemna huma ħafna hekk kif huma | l-opportunitajiet. Ninsab fiduċjuż li l-poplu Malti se jegħleb l-isfidi lid-dinja kollha qed tiffaċċja. Aħna nsibu s-saħħa meħtieġa mis-sens profond ta’ solidarjetà nazzjonali tagħna, mir-rabtiet sodi tagħna mal-valuri li tawna l-identità Maltija u mill-impenn tagħna lejn ix-xogħol. Nistedinkom biex tkomplu tkunu protagonisti fil-ħidma tagħkom u tkomplu ssaħħu r-relazzjonijiet bilaterali. |
| Biex nagħlaq, nerġa’ nestendi l-awguri u l-isbaħ | xewqat tiegħi għas-sena li ġejja. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984