IL-GVERN INIEDI TLIET SERVIZZI ĠODDA TA’ L-E-GOVERNMENT LI JINDIRIZZAW IL-ĦTIĠIET TA’ L-INTRAPRIŻI
PR0080
21/01/2009
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni, l-Onor. Austin Gatt illum ħabbar pass importanti fl-avvanz li sar fuq is-servizzi ta’ l-e-Government fejn tnedew tliet proġetti ġodda li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ l-intrapriżi. |
| Il-proġetti huma: • l-Government Payment | Gateway, • e-ID għall-intrapriżi u • s-sit tal-Kuntratti amministrata mid-Dipartiment tal-Kuntratti. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li dawn | il-proġetti kienu mmaniġjati mill-Malta Information Technology Agency (MITA), li għandha r-responsabilita’ ta’ l-Istrateġija Nazzjonali ta’ l-IT 2008 – 2010. Din l-istrateġija tmexxi l-implimentazzjoni ta’ l-infrastruttura ta’ l-ICT u s-servizzi elettroniċi tal-Gvern bl-iskop li ttejjeb s-servizzi pubbliċi. |
| Il-Government Payment Gateway l-ġdida toffri | aktar sigurta’ mill-Payment Gateway preċedenti li kien ilu jintuża mill-2002. Il-Ministru Austin Gatt qal li dan jirrifletti wkoll l-impenn tal-Gvern li jżomm is-sistemi tiegħu ma’ l-iżviluppi teknoloġiċi. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni spjega li tul is-sena li għaddiet, in-numru ta’ transazzjonijiet proċessati bil-Government Payment Gateway kienu jammontaw għal aktar minn 350,000. Filwaqt li semma li aktar minn 23 servizzi ta’ l-e-Government differenti jagħmlu użu mill-Government Payment Gateway, l-aktar servizz li jipproċessa transazzjonijiet huwa dak ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport, b’iktar minn 250,000 transazzjoni ipproċessata tul l-2008. |
| Servizz ġdid ieħor hu l-e-ID | għall-Intrapriżi. Il-Ministru Gatt spjega li din l-inizjattiva hi maħsuba biex inkunu żviluppati servizzi ġodda ta’ l-e-Government li jaqdu lill-intrapriżi u mhux liċ-ċittadini biss. Filwaqt li bħalissa hemm aktar minn 30 servizz differenti li jagħmlu użu mill-e-ID, sa l-aħħar ta’ l-2008 kien hemm 8,067 reġistrant, li 4,080 minnhom kienu approvati fl-2008. |
| Il-Ministru Austin Gatt irrefera wkoll | għas-sit elettroniku relatat mal-kuntratti u li dan hu amministrat mid-Dipartiment tal-Kuntratt. Hu spjega li l-iżvilupp ta’ dan is-servizz ġdid joffri dokumentazzjoni u informazzjoni relatata ma’ tenders tad-Dipartimenti tal-Gvern online għall-intraprizi. Is-sit joffri wkoll informazzjoni dwar il-proċessi relatati mat-tenders online permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni differenti fosthom e-mail u sms. Sa l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar ġew publikati 98 tender. |
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni spjega wkoll li din is-sistema hija l-ewwel servizz ta’ e-Government li qiegħda tagħmel użu mis-servizz ta’ e-ID għall-Intraprizi. Hu żied li l-Gvern huwa fiduċjuż li dan is-servizz jintuża aktar għaliex joffri faċilitajiet għall-benefiċċji ta’ l-intrapriżi. Dan is-servizz sar possibli permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja taħt l-EU Transition Facility (2005). |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984