Left arrow Go Back

INVESTIMENT F’FAĊILITAJIET GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART LI JĦARSU S-SAĦĦA TAL-BNIEDEM U L-AMBJENT

PR0077
Date Icon 20/01/2009
Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-AffarijietRurali, George Pullicino żar l-inċineratur tal-Marsa, sena wara l-ftuħ ta’ dan l-impjant.Minn Diċembru tal-2007 ’l hawn din il-faċilita’ bdiet tipprovdi servizz essenzjali ta’ inċinerazzjoni għal pajjiżna, u issa wasal fl-aħħar fażi tal-commissioning qabel ma’ jgħaddi kompletament f’idejn il-kumpanija WasteServ Malta Ltd.
Il-Ministru Pullicino qal li sa l-aħħartal-2008, l-ammont ta’ skart li ġie inċinerat jammonta għal total ta’ aktar minn 5,600 tunnellata. Il-WasteServ, fil-fatt, lagħqet madwar 500 klijent kull xhar, li l-aktar minnhom kienu sidien ta’ skart tal-annimali. L-inċineratur bħalissa qiegħed jaċċetta għat-trattament 13-il tip differenti ta’ skart, fejn l-akbar ammonti huma ġejjin mill-Biċċerija u minn għand il-bdiewa. Fil-fatt, skart tal-annimali jammonta għal madwar 86% tal-iskart totali, filwaqt li skart kliniku mill-isptar u farmaċewtiċi jammontaw għal madwar 5%. Il-bqija huwa injam maħmuġ jew skart iehor kombustibbli (Refuse-Derived Fuel) sabiex inaqqas l-ammont ta’ diesel u b’hekk inaqqas l-ispiża tal-operat.
Il-Ministru kompla jgħid li minnħabba danl-iskart imsejjaħ Refuse Derived Fuel (RDF), fl-ewwel sena tiegħu l-impjant nefaq €1.5 miljun inqas f’diesel minn kemm kien maħsub li ser juża oriġinarjament (jiġifieri €2.5 miljun). Apparti hekk, l-impjant huwa maħsub ukoll li jiġġenera l-enerġija elettrika, li apparti li ser tissupplixxi l-elettriku lill-impjant stess, ser tkun qed tesporta l-elettriku wkoll lill-grid nazzjonali.
L-Ing. Vince Magri, Kap Ezekuttiv tal-kumpanijaWasteserv Malta Ltd. spjega l-proċess tal-inċinerazzjoni. Huwa qal li wara li jaslu t-tipi differenti ta’ skart f’kontenituri adattati, dawn jiġu ttrasferiti għal kamra mkessħa, fejn jinżammu sakemm ikun imisshom biex jkunu trattati. F’dan il-waqt, il-kontenituri jiġu mbattla f’magna li tqatta’ u titħan l-iskart, ħalli l-materjal kollu jintlaħaq bil-proċess sussegwenti ta’ kombustjoni. L-iskart kliniku ma jgħaddix minn dawn il-magni, iżda jmur direttament għall-inċinerazzjoni. Il-kontenituri, la darba jkunu vojta, jgħaddu minn proċess ta’ ħasil u sterilizzazzjoni. L-Ing. Vince Magri kompla jispjega li wara, dan l-iskart jidħol f’dik li jgħidulha l-Kamra tal-Kombustjoni Primarja, fejn jiġi maħruq b’temperatura ta’ madwar 850˚C.

Il-gassijiet li jiġu prodotti, li ħafna minnhom jistgħu jagħmlu ħsara lill-ambjent, ikunu wkoll trattati minn impjant apposta tal-gass. B’hekk, il-prodotti tossiċi u dawk aċidużi jonqsu skond normi u standardsEwropej u regolamenti lokali. L-abra li titneħħa mill-gassijiet imbagħad qegħda tiġi maħżuna f’boroż u bħalissa qegħdin isiru studji biex dan il-materjal jibda jintuża mas-siment għal attivita’ ta’ kostruzzjoni fl-engineered landfill fl-Għallis. B’hekk, miċ-ċumnija ta’ l-inċeneratur, li hija għolja 26 metru, fl-atmosfera ser joħroġ biss gass li huwa nadif u li ma jagħmilx ħsara la lill-ambjent u l-anqas lin-nies tal-madwar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow