Stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali
PR0076
20/01/2009
| l-iskema ta’ l-Awtorita’ tad-Djar | ‘Right to Buy’ |
| Hekk kif bħalissa fil-Parlament | għaddej dibattitu sħiħ dwar kif jista’ jinbidel il-reġim tal-kera f’pajjiżna, bil-Gvern ipoġġi għad-dibattitu Parlamentari Abbozz ta’ Liġi għal din ir-riforma, jeħtieġ li l-politika tiegħu tkun konsistenti. |
| Għalhekk fil-jiem li għaddew, | il-Ministeru għall-Politika Soċjali ta parir lill-Awtorita’ tad-Djar biex fid-dawl tal-liġijiet li se jiddaħħlu fis-seħħ, tibda proċess biex tirrevedi l-iskemi kollha tagħha. Fost dawn l-iskemi li qed jiġu riveduti hemm l-iskema magħrufa bħala ‘Right to Buy’, skema li tagħti d-dritt lill-inkwilin li qed jikri mill-istock tal-Gvern, jixtri l-proprjeta’. |
| L-iskemi kollha ta’ l-Awtorita’ | tad-Djar qed jiġu riveduti u taħt skrutinju biex meta jerġgħu jiddaħlu fis-seħħ ikunu verament skemi li jirriflettu l-ħtiġijiet soċjali preżenti, f’qafas ta’ akkomodazzjoni soċjali sostenibbli. |
| Il-Ministeru jitlob għall-maturita’ anke minn | naħa ta’ l-Oppożizzjoni u jħeġġeġ biex is-sens komun jirbaħ fuq kull kapital politiku, f’deċiżjonijiet meħtieġa bħal dawn. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984