Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR0072
Date Icon 20/01/2009
ĦADD M’HU SE JKUN IMĠIEGĦEL JITLAQ MILL-CRAFTS’VILLAGE TA’ TA’ QALI
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment jirreferi għal numru ta’ kummenti li saru fil-media dwar il-kwistjoni tal-Crafts’ Village f’Ta’ Qali. Il-Ministeru jiċċara li ħadd, minn dawk li preżentement għandhom negozju f’Ta’ Qali m’hu se jiġi mġiegħel jiċċaqlaq minn dan il-post u jirriloka f’post alternattiv.
Filwaqt li f’Dock 1, l-intenzjoni hija lijkun żviluppat f’Ċentru tal-Arti u l-Artiġġjanat, dan bl-ebda mod ma jimplika xi intenzjoni li l-intrapriżi żgħar u medji f’Ta’ Qali se jiġu abbandunati.
Fil-fatt, il-Ministeru għaddejb’konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti ta’ dawn l-intrapriżi, il-GRTU, dwar diversi alternattivi għall-pass li jmiss fil-konfront tan-negozji f’Ta’ Qali. Il-Gvern qed jesplora l-possibbiltà li jirranġa parti mill-villaġġ eżistenti f’Ta’ Qali għall-benefiċċju ta’ dawk l-imprendituri li fil-preżent qed jagħmlu użu minnu. Aktar informazzjoni tkun mogħtija fi tmiem dawn id-diskussjonijiet mal-istess Union.
Punt ieħor ta’ kjarifika jikkonċerna l-fondimill-Unjoni Ewropea, fejn għandu jkun iċċarat li ma ntilfu l-ebda fondi mill-Unjoni Ewropea. Il-proġett tal-Crafts Village ma kienx l-uniku wieħed sottomess, f’sejħa li ħarġet mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni għall-Proġetti tal-Unjoni Ewropea.
Kien fil-fatt il-Proġett tal-Parktal-Bioteknoloġija li ngħata preferenza minn dan il-Kumitat u għaldaqstant, taħt dik is-sejħa, se jkunu allokati għal dan il-park li għandu joffri spazju modern fejn l-industrija lokali tkun tista’ tagħmel riċerka u innovazzjoni.
Il-Ministeru jikkonferma l-impenn tiegħufavur l-intrapriżi żgħar u medji u għalhekk jesprimi l-fiduċja tiegħu li se jintlaħaq ftehim għall-ġid tal-komunità kummerċjali ta’ Ta’ Qali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow