Left arrow Go Back

STRATEĠIJA GĦALL-EDUKAZZJONI OGĦLA F’PAJJIŻNA

PR0067
Date Icon 19/01/2009
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-EdukazzjoniOgħla se taghmel diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni, ma’ dawk kollha interessati, biex titfassal Strateġija għall-Edukazzjoni Għolja tal-pajjiż li għandha tkun preżentata lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, sa April li ġej.
Danħabbritu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina f’konferenza stampa li fiha ħabbret il-Kummissjoni l-Ġdida dwar l-Edukazzjoni Ogħla li għandha bħala President lis-Sur Philip Von Brockdorf. Il-membri l-oħra tal-Kummissjoni huma: il-Kirurgu Alex Manche’ - Viċi President, u Prof. Josef Bonnici, Dr. Jennifer Casingena Harper, Dr. Grace Grima, Dr. Anna Mifsud Bonnici u Prof. John Portelli, bħala membri.
Il-Ministru Cristina rringrazzjatlill-Kummissjoni preċedenti mmexxija minn Joseph F.X. Zahra li għamlet ħafna xogħol siewi.
Fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja, l-Kummissjonitrid tfassal strateġija li timmira lejn fejn irridu nieħdu l-pajjiż f’dan is-settur u nassiguraw li dan il-qasam jiżviluppa b’mod sostenibbli.  Dan hu qasam li jiġbor fih l-Universita’, l-MCAST, il-Junior College, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-Iskejjel Sekondarji Għolja u anke istituzzjonijiet edukattivi privati li joffri korsijiet f’dan il-livell.  Dan hu settur li jrid ikun regolat u inċentivat jekk irridu nilħqu l-mira li sa l-2015, Malta ssir centru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-Edukazzjoni.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni saħqet li hemm bżonnta’ leġislazzjoni ġdida li tħares lejn l-iżviluppi kollha li seħħew f’dan is-settur u tiġbor l-istituzzjonijiet kollha taħt qafas leġislattiv komprensiv.
Il-Ministru rreferiet ghal kif kibretl-Universita’, li minn madwar 700 student għoxrin sena ilu, illum għandha aktar minn 10,000 student.  F’din l-istituzzjoni, anke permezz tal-Ftehim Kollettiv li dwaru kien hemm qbil ftit tal-jiem ilu, se ssir riforma sħiħa li tippermetti li jkollna universita’ li filwaqt li żżomm it-tradizzjoni kbira tagħha, tibda taħdem fuq linji ġodda li tieħu ħsieb ukoll l-aspettattivi tal-istudenti tagħna li qed jikbru wkoll.  Universita’ li toffri aktar possibbilta’ ta’ riċerka kemm fuq bażi individwali, kif ukoll fuq bażi istituzzjonali.
Irridu li jkollna campus reali u mimliħajja u attivitajiet mnejn joħorġu ideat ġodda u innovattivi anke billi l-lecturers tagħna jkomplu jkabbru l-kwalifiki tagħhom. Kwalifiki li jżidulhom il-prospetti għall-karriera u naslu biex fi żmien stipulat, il-lecturers kollha jkollhom kwalifiċi li jiggarantixxu l-aqwa tagħlim possibbli lill-istudenti tagħna.
Il-ftehim kollettiv ipoġġi l-bażi biex ikollnauniversita’ li toffri ħinijiet itwal ta’ tagħlim, aktar kuntatt bejn l-akkademiċi u l-istudenti, aktar kontabilita’ u awditjar tal-livell tat-tagħlim u motivazzjoni biex l-istudenti jkunu aktar innovattivi. Għal darb’oħra, il-Gvern ta xhieda tal-impenn tiegħu lejn edukazzjoni ta’ l-ogħla livell u qed ikompli jinvesti bil-kbir f’dan is-settur.
Il-Ministru Cristina rreferiet għall-FtehimKollettiv li għadu kif kien negozjat bejn l-Universita’ min-naħa u l-UMASA u l-MUT fuq in-naħa l-oħra; u stqarret li dan intlaħaq wara negozjati twal u diffiċli.  Irringrazzjat lil dawk kollha li għenu biex inkiseb dan il-ftehim fosthom l-Unions, il-Ministeru tal-Finanzi, id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrjali u uffiċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, li taw sehemhom.  Hi faħħret ukoll il-mod matur li bih mexa l-Kunsill Studenti Universitarji f’din il-kwistjoni.
Il-Kumissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla tridtħares ukoll lejn l-MCAST li wkoll kiber ħafna fi żmien qasir u l-lum għandu madwar 5,000 student u qed joffri anke opportunitajiet lil nies li kienu telqu l-edukazzjoni biex jerggħu jirritornaw għall-istudju filwaqt li fetaħ toroq ġodda għal żgħażagħ, li kieku kienu jitilqu l-edukazzjoni wara l-eta’ obbligatorja.
L-Istitut għall-Istudji Turistiċihu qasam ieħor li rridu nkomplu nsaħħu.  It-turiżmu hu settur importanti tal-ekonomija tagħna u l-ITS irid jibqa’ jaġġorna lilu nnifsu biex jibqa’ rilevanti anke għat-tibdil li qed ikun hemm fl-industrija turistika.
Il-JuniorCollege u s-6th Forms ukoll jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ din il-Kummissjoni. Dawn l-istituzzjonijiet huma l-għatba tal-edukazzjoni avvanzata u rridu nieħdu ħsiebhom ukoll jekk irridu li sa l-2015, almenu 85% taż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja.
Irridu li l-qasam tal-edukazzjoni jibqa’kompetittiv anke fuq bażi internazzjonali biex nattiraw aktar sudenti barranin biex jiġu jistudjaw fostna filwaqt li nilħqu l-ambizzjonijiet u l-aspirazzjonijiet tal-istudenti, billi noffru edukazzjoni ta’ kwalita’.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni sostniet ukolll-importanza tal-Lifelong Learning fejn hu meħtieġ li jkun hemm Direttorat ġdid billi issa qed inħarsu wkoll lejn Edukazzjoni Informali u Mhux Formali.  Hemm bżonn ukoll li wara li l-pajjiż qed jagħmel dan l-investiment kollu fil-qasam edukattiv, jieħu lura minn dan l-investiment dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-ekonomija u l-qasam soċjali u kulturali tiegħu.
Il-Ministru Cristina qalet li l-istrateġijagħall-Edukazzjoni Ogħla, barra qafas leġislattiv ġdid trid taħseb ukoll għal bilanċ bejn it-tagħlim u r-riċerka, modi differenti ta’ finanzjament, kif inħajjru aktar studenti barranin jiġu jistudjaw f’Malta,  aktar trasparenza u kontabilita’, assessjar aħjar u ħtiġijiet oħra..
Dawnhuma deċiżjonijiet importanti li jridu jittieħdu wara konsultazzjoni ma’ kull min hu nteressat għaliex id-deċiżjonijiet li jittieħdu l-lum fil-qasam edukattiv, jagħtu riżultati numru ta’ snin oħra.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni stiednet lil dawkkollha interessati biex jersqu ‘l quddiem u jidħlu f’dibattitu dwar il-qasam tal-Edukazzjoni Għolja għax hu permezz ta’ hekk li nistgħu nifformulaw l-aħjar strateġija u l-aħjar politika għall-qasam edukattiv.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow