Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT FENECH ADAMI FL-IKLIN

PR0061
Date Icon 18/01/2009
L-Iklin, “komunita magħquda u attiva fl-lokalpjuttost ġdid imma b’identita partikolari tagħha” laqgħa għandu lil-President u s-Sinjura Fenech Adami għal żjara uffiċjali li tkompliet illum il-Ħadd, wara li nhar l-Erbgħa l-President iltaqgħa ma’ l-għaqdiet volontarji fis-sala tal-paroċċa.
Il-President qal li kien ta’ pjaċir għalihnhar il-Erbgħa meta sema l-membri ta’ l-għaqdiet volontarji jiddiskrivu ħidmiethom f’diversi oqsma fil-komunita. Il-President wera sodisfazzjon li permezz tad-diversi ħidmiet li jagħmlu dawn l-għaqdiet, flimkien max-xogħol tal-Kunsill Lokali, tinħoloq sens ta’ identita’ u rabta komunitarja.
Fil-bidu taż-żjara, il-President u s-SinjuraFenech Adami dalgħodu ħadu sehem fil-quddiesa fil-parroċċa u kif jagħmlu fiż-żjrarat uffiċjali tagħhom, iltaqgħu mar-residenti tal-lokal fuq iz-zuntier għal kikkra kafe u pastizzi, drawwa tradizzjonali Maltija li kienet miżmuma fil-passat meta bosta, l-aktar irġiel, kienu jiltagħqu fil-ħwienet u l-każini l-Ħadd filgħodu jiddiskutu u jirrakontaw dak li jkun għaddew minnu matul il-ġimgħa xogħol jew fuq xi delizzju..
Il-President akkumpanjat mis-Sindku AnthonyDalli iltaqa’ maċ-ċkejknin ta’ Lija-Iklin Football Nursery waqt it-taħriġ tagħhom kif ukoll mal-Scouts li preparaw esebizzjoni tax-xogħlijiet li wettqu u ritratti ta’ attivitajiet li jorganiżżaw tul is-sena.
Il-President żar lis-Sur Vincent Sammut,resident ta’ l-Iklin, li fid-dar tiegħu għandu esebizzjoni mhux tas-soltu ta’ eluf ta’ arzelli, bebbux tal-baħar u oġġetti oħra simili, esebizzjoni kbira madwar tlett swali.
Is-Sinjura Fenech Adami kellha programseparat li fih żaret familji.
Iż-żjara tal-President u s-Sinjura FenechAdami intemmet fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali. Il-President irringrazzja lis-Sindku u l-Kunsilliera tax-xogħol siewi tagħhom u awguralhom suċċess fil-ħidma tagħhom fit-titjib li hemm ħsieb li ssir fil-lokal. L-Iklin hu lokal ieħor li fih jinħass u jidher is-suċċess li għamlu l-Kunsilli Lokali għall-benefiċċju tar-residenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow